Parroċċa Madonna tal-Karmnu - Fgura
"U meta nintrefa' 'l fuq mill-art, jien niġbed il-bnedmin kollha lejja." Ġw. 12,32.

KUMMISSJONIJIET PARROKKJALI

 

Il-Kummissjonijiet Parrokkjali huma frott ta’ dak li ppropona s-Sinodu Djoċesan fl-2003. Huma kollha taħt ir-responsabiltà tal-kappillan u jaħdmu f’kollaborazzjoni sħiħa miegħu u mal-Kunsill Pastorali Parrokkjali. Kif wieħed jista’ jara l-Kummissjonijiet Parrokkjali jkopru l-valuri l-aktar importanti li ħarġu mis-Sinodu Djoċesan.

  Kummissjoni Liturġika:

Minħabba li l-liturġija hija l-għajn u l-quċċata tal-ħajja tal-Knisja ma jistax ikun li parroċċa ma tagħtix l-importanza li tixraq liċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi. Flimkien mal-kappillan, din il-Kummissjoni li tiltaqa’ kull xaharejn tieħu ħsieb tippjana u torganizza ċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi tal-parroċċa. Barra minn hekk għandha d-dmir li tieħu ħsieb il-formazzjoni tal-letturi, l-animaturi u dawk kollha involuti fiċ-ċelebrazzjoni tal-liturġja mqaddsa.

P. Renald J.M. Lofreda O.Carm.
Manuel Axisa -
Chairperson
Salvinu Falzon- Segretarju
Nazzareno Farrugia - Animaturi
Edward Mifsud - Ċeremonjier
Betty Caruana - Kor Parrokkjali
Lilian Plumpton - Kor tat-Tfal
Luca Gauci - Letturi
Louis Cutajar


Kummissjoni Kateketika:

Il-liturġija u l-Katekeżi huma marbuta flimkien. Għaldaqstant din il-Kummissjoni tieħu ħsieb li tikkoordina l-katekeżi li ssir fil-parroċċa tagħna li tinkludi dik tat-tfal fl-oqsma tal-Museum, dik ta’ l-adulti li ssir mill-Mixja Neo-Katekumenali u dik tat-tfal li ssir fil-quddies tal-Ħdud biex hekk it-tfal ikollhom il-liturġija spjegata b’mod li jifmuha huma u jieħdu l-frott minnha.

P. Renald J.M. Lofreda O.Carm. Chairperson
Is-Superjur Joseph Abdilla
Is-Superjura Nikolina Farrugia
Nazzarenu Farrugia
Anthony Mizzi
Antoinette Mizzi


Kummissjoni Żgħażagħ u Adolexxenti:

Din hija kummissjoni importanti minħabba n-numru kbir ta’ żgħażagħ u adolexxenti li għandna fil-parroċċa. Il-parroċċa tagħna kienet fost ta’ l-ewwel li waqqfet din il-kummissjoni li hija magħmula kollha miż-żgħażagħ. Id-dmir ta’ din il-Kummissjoni li tiltaqa’ kull xaharejn huwa l-ko-ordinament tal-ħidma pastorali li ssir mill-parroċċa maż-żgħażagħ u l-adolexxenti. L-istess kummissjoni hija responsabbli mill-liturġija għaż-żgħażagħ mhux biss fl-okkażjonijiet speċjali imma wkoll għall-quddiesa tal-11:00am f’kull l-ewwel Ħadd tax-xahar u dik tas-6:30pm kull tielet Ħadd tax-xahar.

P. Renald J. M. Lofreda O.Carm. - Chairperson
Louis Cutajar - Segretarju
Georgina Linwood - Youth Centre
Christian Brincat
Jonathan Mizzi
Bernardette Aquilina


Kummissjoni Familja

Il-familja hija realtà importanti ħafna u għalhekk din il-kummissjoni li tiltaqa’ kull xaharejn, tieħu ħsieb il-ko-ordinament tal-pastorali mal-familja fil-parroċċa. Mhux biss tipprovdi ċelebrazzjonijiet liturġiċi indirizzati għall-familja imma wkoll tieħu ħsieb il-laqgħat ta’ preparazzjoni għall-ġenituri u l-parrini li jkollhom trabi għall-magħmudija, il-laqgħat ta’ thejjija immedjata għaż-żwieġ, il-kors ta’ Kana u inizjattivi oħra.

P. Renald J. M. Lofreda O.Carm. Chairperson
Is-Sinjuri Martin u Anna Duca - Koppja Segretarja
Is-Sinjuri Raymond u Gemma Gauci
Is-Sinjuri Charles u Marvic Debono
Is-Sinjuri Vince u Sina Gouder


Kummissjoni Implimentazzjoni tas-Sinodu (KIS):

Din il-kummissjoni għandha l-għan li flimkien mal-kappillan tara li dak li jipproponi s-Sinodu Djoċesan isir fil-prattika fl-aspetti kollha tal-ħajja tal-parroċċa. Hija din il-kummissjoni li flimkien mal-kappillan wara li tisma’ l-parir tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali, u wkoll tikkonsulta ruħha mal-kummissjonijiet l-oħra, tfassal il-Pjan Pastorali tal-parroċċa li jiġi approvat fl-Assemblea Parrokkjali. L-istess kummissjon tieħu ħsieb ukoll li torganizza l-andament ta’ l-Assemblea Parrokkjali fl-aspetti kollha tagħha.

P. Renald J. M. Lofreda O.Carm. President
Mildred Falzon Chairperson
Jareth M Grima
Louis Cutajar
Emmanuel Axisa


Kummissjoni Djakonija:

P. Ivan Scicluna O.Carm. Chairperson
Mildred Falzon  - Segretarja
Moses Azzopardi
Lilian Plumpton
Mariella Zammit
Mary Debono
Irene Dalli


Kummissjoni Festa Esterna

Ġiet imwaqqfa fil-parroċċa fl-1993 u għandha l-għan li tkun l-id il-leminija tal-kappillan jew il-prokuratur tal-festa fl-organizzazzjoni tal-festi esterni tal-Madonna tal-Karmnu. Taħt ir-responsabiltà ta’ din il-kummissjoni jaqgħu l-armar tat-toroq, id-dawl tal-festa fit-toroq, il-permessi kollha tal-festa, in-nar ta’ l-art u ta’ l-ajru, l-insurances u l-baned mistiedna nhar il-festa.

Fr. Renald Lofreda O Carm  -  Prokuratur tal-Festa u Chairman tal-Kummissjoni
Ryan Bezzina - Vici Chairman
Kenneth Debono - Segretarju
Malcolm Bezzina - Assistent Segretarju
Adrian Camilleri - Kaxxier

Mark Cristina - Assistent Kaxxier
Jason Lombardo - PRO
Anton Tanti - Delegat Armar
Emmanuel Spiteri - Direttur tal-Maħżen
Alex Zammit- Delegat Nar
                   - Assistent Delegat Nar

Christian Brincat B.Ed (Hons) - Arkivista u Rappreżentant KPP u Webmaster

Membri:
Keith Hili
Edward Mifsud
Paul Casha

Membri Onorarji:
Raymond Bezzina
Alfred Monreal

Fundatur:
P. Adrian Cassar Pulis O.Carm.


Kummissjoni Tfal:

Glen Mercieca - Ko-ordinaturi
Miriam Spiteri

Celine Caruana - Presidenta
Nigel Galea - Segretarju
Hannah Harmer - PRO
Maria Rebecca Catanzaro - Membri
Jake Diacono
Maria Ellul
Elisa Zerafa


Kummissjoni 50 Sena Parroċċa 1965 -2015:

P. Renald J. M. Lofreda O.Carm. - Kappillan
P. Ivan Scicluna O.Carm.
Is-Sur Emmanuel Axisa
Is-Sur Christian Brincat
Is-Sur Louis Caruana
Is-Sur Richard Galea
Is-Sur Simon Ellul


Uffiċjali tal-Parroċċa

Segretarjat Parrokkjali:

L-amministrazzjoni ta’ l-uffiċċju parrokkjali titlob ħafna ħin u dedikazzjoni. Għaldaqstant ix-xogħol ta’ dan is-segretarjat parrokkjali huwa li jgħin lill-kappillan fil-ħidma amministrattiva.

Is-Sur Nazzarenu Farrugia - Moderatur tal-KPP
Is-Sinjura Mildred Falzon - Segretarja tal-KPP
Is-Sur Alvin Vassallo - Segretarju Parrokkjali
Is-Sur Jareth Mark Grima - Ekonomu Parrokkjali
Is-Sur Edward Mifsud - Ceremonjier Parrokkjali
Is-Sur Louis Cutajar - Ufficcjal ghar-relazzjonijiet pubblici