Parroċċa Madonna tal-Karmnu - Fgura
"U meta nintrefa' 'l fuq mill-art, jien niġbed il-bnedmin kollha lejja." Ġw. 12,32.

KALENDARJU

 

MEJJU

1

Tifkira ta’ San Ġużepp Ħaddiem.

FESTA PUBBLIKA.

2

Ir-Raba’ Erbgħa tal-Madonna tal-Karmnu.

Fis-6:00pm Għasar kantat.

Fis-6:30pm Quddiesa bl-omelija minn Mons. Charles Cordina Segretarju Pastorali. Jieħdu sehem il-Moviment tal-Fokolari, l-Għaqda tal-Abbatini u l-Ġenituri u l-Fgura Youth Centre.  

 

4

L-Ewwel Ġimgħa tax-xahar.

Adorazzjoni wara l-quddiesa tat-8:30am.

 

5

L-Ewwel Sibt tax-xahar.

Rużarju Meditat wara l-quddiesa tat-7:45am.

 

9

Il-Ħames Erbgħa tal-Madonna tal-Karmnu.

Festa ta’ San Ġorġ Preca.

Fis-6:00pm Għasar kantat.

Fis-6:30pm Quddiesa bl-omelija mill-W.R.P. Manuel Borg OCD Provincjal. Jieħdu sehem il-membri tal-Museum, il-Grupp Romol, is-Social Club u l-Kummissjoni Djakonija.

 

16

Is-Sitt Erbgħa tal-Madonna tal-Karmnu.

Fis-6:00pm Għasar kantat.

Fis-6:30pm Quddiesa bl-omelija mir-Rev. Dun Ray Toledo Delegat tal-Arċisqof għall-Parroċċi. Jieħdu sehem il-Mixja Neo-Katekumenali, il-Kummissjoni Liturġika u l-letturi flimkien mal-animaturi u l-ministri straordinarji tat-tqarbin.

 

20

Tlugħ il-Mulej fis-sema.

 

 

23

L-Aħħar Erbgħa tal-Madonna tal-Karmnu.

Fis-6:00pm Pellegrinaġġ Marjan mill-Museum tal-bniet fi Triq Kampanella, għal Triq il-Karmelitani, Wesgħa Reggie Miller sal-Knisja Parrokkjali.

Fis-6:30pm Quddiesa kantata mmexxija minn Mons. Anton Gouder Pro Vigarju Ġenerali mal-Komunità Karmelitana. Funzjoni Marjana u Barka Sagramentali.

 

 

26

Vġili tal-Pentekoste.

Fit-8.00p.m Ċelebrazzjoni Djoċesana.

 

27

Il-Pentekoste.