L-EWWEL QARI
Qari mill-Ktieb ta’ l-Atti ta’ l-Appostli
Atti 2, 1-11
Kien nhar Għid il-Ħamsin,
u l-appostli u l-aħwa kienu lkoll flimkien f’post wieħed. F’daqqa waħda
ġie mis-sema ħoss bħal ta’ riħ qawwi, U dehrulhom ilsna
qishom tan-nar, li tqassmu u qagħdu fuq kull wieħed minnhom. Imtlew
ilkoll bl-Ispirtu s-Santu u bdew jitkellmu b’ilsna oħra, skond ma’
l-Ispritu s-Santu kien jagħtihom li jitkellmu.Mela f’Ġerusalemm kienu
jgħixu xi Lhud twajba, li kienu ġew hemm minn kull nazzjon li hawn taħt
is-sema. Malli nstema’ dan il-ħoss, inġabret ġemgħa ta’
nies, ilkoll imħawdin għax kull wieħed minnhom kien jisma’
l-appostli jitkellmu bl-ilsien tiegħu.Dawn mibluhin u mistagħġbin
bdew jgħidu: “Dawn li qegħdin jitkellmu mhumiex kollha mill-Galilija?
Mela kif kull wieħed minna qiegħed jismagħhom jitkellmu bi lsien
art twelidu? Parti, Medin u Għelamin, nies li ġew mill-Mesopotamja,
mill-Lhudija, mill-Kappadoċja, minn Pontu, mill-Asja, mill-Friġja,
minn Pamfilja, mill-Eġittu, mill-inħawi tal-Libja madwar Ċirene,
dawk li ġew minn Ruma, kemm Lhud u kemm proseliti, nies minn Kreta u Għarab,
aħna lkoll qegħdin nisimgħuhom ixandru bl-ilsna tagħna l-għeġubijiet
ta’ Alla!”
Il-Kelma
tal-Mulej.
SALM
RESPONSORJALI
Salm 103
Rit: Hallelujah, hallelujah, hallelujah.
Bierek ruħ tiegħi, lill-Mulej!
Mulej, Alla tiegħi, inti kbir bil-bosta!
Kemm huma kotrana l-għemejjel tiegħek, Mulej!
Mimlija l-art bil-ħlejjaq tiegħek.
Rit...
Jekk teħdilhom nifishom, imutu,
u lejn it-trab jerġgħu jmorru.
Malli tibgħat in-nifs tiegħek, jinħolqu,
u inti ġġedded il-wiċċ tal-art.
Rit...
Jibqa’ sebħ il-Mulej għal
dejjem!
Jifraħ il-Mulej bl-għemejjel tiegħu!
Ħa togħġbu l-għanja tiegħi,
għax jiena fil-Mulej l-hena tiegħi.
Rit...
IT-TIENI QARI
Qari mill-ittra ta’ San Pawl Appostlu lir-Rumani
Rum 8, 8-17
Ħuti, dawk li jgħixu skont il-ġisem
ma jistgħux jogħġbu lil Alla. Issa intom ma intomx taħt il-ħakma
tal-ġisem, imma tal-Ispirtu, ladarba hemm l-Ispirtu ta’ Alla jgħammar
fikom.Jekk xi ħadd ma għandux fih l-Ispirtu ta’ Kristu, dan mhuwiex
tiegħu.Jekk Kristu jgħammar fikom, għalkemm il-ġisem hu
mejjet minħabba fid-dnub, imma l-Ispirtu hu ħajjitkom minħabba
l-ġustizzja. Jekk l-Ispirtu ta’ dak li qajjem lil Ġesù mill-imwiet jgħammar
fikom,Alla stess li qajjem lil Kristu mill-imwiet imwiet iqajjem għall-ħajja
wkoll il-ġisem mejjet tagħkom, bis-saħħa tal-Ispirtu li jgħammar
fikom. Hekk mela, ħuti, aħna m’aħniex midjunin mal-ġisem
biex ngħixu skont il-ġisem. Għax jekk tgħixu skont il-ġisem,
tmutu; imma jekk tmewtu l-għemil tal-ġisem bl-Ispirtu, tgħixu.
Dawk kollha li jmexxihom l-Ispirtu ta’ Alla huma wlied Alla. Għax intom ma
rċevejtux l-ispirtu li jwassalkom għall-jasar biex terġgħu
taqgħu fil-biża’, imma rċevejtu l-Ispirtu li jagħmel
minnkom ulied adottivi; u li bih aħna nistgħu ngħajtu: “Abbà!
Missier!” Dan l-Ispirtu jixhed flimkien
mal-ispirtu tagħna li aħna wlied Alla. Jekk aħna wlied, aħna
wkoll werrieta, werrieta ta’ Alla, werrieta ma’ Kristu: ladarba aħna nbatu
miegħu, biex miegħu nkunu gglorifikati.
Il-Kelma
tal-Mulej.
Sekwenza
Spirtu s-Santu, ejja fina,
raġġ ta’ dawl qaddis agħtina,
xerrdu f’ruħna mis-smewwiet.
O Missier il-foqra tiegħek,
inti ġġib id-doni miegħek,
tagħni b’dawlek qalb l-ulied.
Inti l-aqwa faraġ tagħna,
fik kull hena xħin tkun magħna,
tħossok fewġa ħelwa r-ruħ.
Fl-għaja, lejn is-serħ twassalna;
jekk imħeġġa wisq, trażżanna;
mill-għajnejn tixxotta d-dmugħ.
O dawl hieni ta’ qdusija,
nitolbuk li bik mimlija
tkun il-qalb ta’ kull fidil.
Mingħajr dawlek li jmexxina
ebda ħajr ma jkun hemm fina,
ebda safa fl-għemil.
Naddaf kull fejn hemm it-tbajja’,
fejn hemm nixfa reġġa’ l-ħajja,
lill-miġruħ agħtih fejqan.
Rattab fina l-ebusija,
agħti lill-berdin bżulija,
għin fit-triq lil min beżgħan.
Agħti s-seba’ doni tiegħek
lil min jimxi fidil miegħek
u li fik jistrieħ kull ħin.
Agħti ’l kull virtù sabiħa
ħlas ta’ salvazzjoni sħiħa,
agħti l-ġenna lit-tajbin.
Ammen. Hallelujah.
VERSETT
Hallelujah. Halleluljah.
Ejja, Spirtu s-Santu,
imla l-qlub tal-fidili tiegħek
u kebbes fihom in-nar ta’ mħabbtek.
Hallelujah.
L-EVANĠELJU
Qari mill-Evanġelju skont San Ġwann.
Ġw 14, 15-16. 23b-26
Dak il-Ħadd filgħaxija, meta d-dixxipli kienu flimkien
imbeżżgħa mil-Lhud, U jiena nitlob lill-Missier, u hu jagħtikom
Difensur ieħor biex jibqa’ magħkom għal dejjem.Jekk xi ħadd
iħobbni, iħares kelmti, u Missieri jħobbu, u aħna niġu
u ngħammru għandu. Min ma jħobbnix ma jħarisx kliemi. U
l-kelma li qegħdin tisimgħu mhijiex tiegħi, imma tal-Missier li
bagħatni. Għedtilkom dan meta għadni magħkom. Imma
d-Difensur, l-Ispirtu s-Santu, li l-Missier jibgħat f’ismi, jgħallimkom
kollox u jfakkarkom dak kollu li għedtilkom.”
Il-Kelma
tal-Mulej.