L-EWWEL QARI
Qari mill-Ktieb tal-Ġenesi
Ġen 14, 18-20
F’dak iż-żmien, 18Melkisedek, sultan ta’
Salem, li kien qassis ta’ El-għeljon, Alla l-għoli, ħareġ
bil-ħobż u l-inbid. U bierek lil Abram u qallu: “Imbierek Abram minn
Alla l-għoli, li għamel is-sema u l-art. U mbierek Alla l-għoli
li reħa f’idejk l-għedewwa tiegħek.” U Abram tah l-għexur
minn kollox
Il-Kelma
tal-Mulej.
SALM
RESPONSORJALI
Salm 109
RIT: Inti qassis għal dejjem bħal
Melkisedek
Il-kelma tal-Mulej lil Sidi:
“Oqgħod fuq leminti,
sa ma nqiegħed l-għedewwa
tiegħek mirfes taħt riġlejk.”
Rit...
Ix-xettru tal-qawwa tiegħek
jibgħat il-Mulej minn
Sijon:
aħkem f’nofs l-għedewwa
tiegħek!
Rit...
Tiegħek is-setgħa sa
minn twelidek
fuq l-għoljiet imqaddsa,
sa minn qabel is-sebħ
bħan-nida jien nissiltek.
Rit...
Ħalef il-Mulej, u ma jisgħobx
bih:
“Inti qassis għal dejjem
bħal Melkisedek!”
Rit...
IT-TIENI QARI
Qari mill-Ewwel Ittra ta’ San
Pawl Appostlu lill-Korintin
1 Kor 11, 23-26
Ħuti, jien irċevejt mingħand il-Mulej it-tagħlim
li għaddejt lilkom, jiġifieri, li l-Mulej Ġesù, fil-lejl li fih
kien ittradut, ħa l-ħobż u wara li radd il-ħajr qasmu u
qal: “Dan hu ġismi li jingħata għalikom; agħmlu dan
b’tifkira tiegħi.”
Hekk ukoll għamel bil-kalċi wara li kiel u qal: “Dan il-kalċi hu l-patt il-ġdid b’demmi; agħmlu
dan kull meta tixorbu, b’tifkira tiegħi.”
Mela kull meta tieklu dan il-ħobż
u tixorbu dan il-kalċi,
intom ixxandru l-mewt tal-Mulej sa ma jiġi.
Il-Kelma
tal-Mulej.
Sekwenza
Faħħar, Sijon,
lill-Feddej,
ir-ragħaj tiegħek u
l-mexxej,
bl-innijiet u bl-għana.
Ibqa’ faħħru daqs
kemm tista’,
għax Hu ’l fuq minn kull tifħir,
qatt ma tfaħħru kemm jistħoqqlu.
Għat-tifħir ħaġa tal-għaġeb,
il-ħobż ħaj li jagħti l-ħajja,
hawn quddiemna f’dan il-jum.
Dak il-ħobż li fuq
il-mejda,
lill-appostli fl-ikla mqaddsa,
kien ingħata biex jikluh.
Ikun sħiħ it-tifħir
tiegħek,
b’qalb ferrieħa, b’leħen għoli,
ikun jixraq ferħ ir-ruħ.
Għax dal-jum ta’ festa
kbira,
ta’ dik l-ikla hu t-tifkira,
meta saret l-ewwel darba.
F’dina l-ikla s-Sultan tagħna,
l-Għid il-ġdid tal-liġi
l-ġdida,
temm għal kollox l-Għid qadim.
Il-qadim twarrab mill-ġdid,
dak li hu ġie flok
ix-xbieha,
id-dawl biegħed dlam il-lejl.
Dak li twettaq fl-aħħar
Ċena,
Kristu ried jibqa’ jiġġedded,
biex ikun tifkira tiegħu.
Imgħallmin b’tagħlim
imqaddes,
nibdlu l-ħobż u l-inbid tagħna
b’sagrifiċċju għas-saħħa
tagħna.
Twemmin ġdid lilna
l-insara,
li dal-ħobż jinbidel
f’Ġisem,
u l-inbid jinbidel f’Demm.
Dak li ma tarax jew tifhem,
it-twemmin isaħħu u
jwettqu,
fuq kull ordni tan-natura.
Taħt xbihat fejn aħna
nilmħu
mhux il-ħajja, imma sinjali,
jinħbew ħwejjeġ hekk għeżież.
Ikel Ġismu, xorb hu Demmu;
iżda Kristu sħiħ hemm moħbi
taħt kull waħda mix-xbihat.
Sħiħ jittiekel Kristu
kollu,
bla jitkisser, bla jitfarrak,
bla jinqasam minn min jieħdu.
Jieklu elf u jiekol wieħed,
kemm ħa dan, hekk jieħdu
huma,
bla jintemm meta jittiekel.
Jieklu t-tajba, jieklu l-ħżiena;
imma ’l dawk iġib il-ħajja,
lil dawn jixħet fit-telfien.
Mewt għall-ħżiena,
ħajja għat-tajba
ara kif jinbidel fihom,
għalkemm jieħdu
l-istess ikel.
Meta l-Ostja tkun maqsuma,
la tibżax, imm’inti
ftakar,
taħt ix-xbieha ta’ kull farka
hemm jinsab daqs fl-Ostja sħiħa.
Ebda ksur ma jsir fi Kristu;
biss ix-xbieha tkun miksura:
u b’dal-ksur xejn ma jitnaqqas
f’Dak li hu taħt din ix-xbieha.
Dan ħobż l-anġli,
magħmul ikel
għall-bnedmin fit-triq tal-ħajja,
ikel bnin għall-ulied kollha,
li m’għandux fix-xejn
jintrema.
Bi xbihat kien ilu mħabbar,
f’dik l-offerta ta’ Iżakk,
fil-ħaruf li nqatel fl-Għid,
u fil-manna tad-deżert.
Int ragħaj tajjeb, ħobż
tassew,
Ġesù tagħna, ħenn
għalina;
Int itmagħna u ħarisna:
Inti lilna l-ġid urina
fl-art imbierka tal-ħajjin.
Int li taf u tista’ kollox,
li titmagħna hawn f’dil-ħajja,
hemm agħmilna lkoll imsieħba,
f’għaqda waħda lkoll werrieta
mal-qtajjiet tal-qaddisin.
Ammen. Hallelujah.
VERSETT
Hallelujah. Halleluljah.
Jiena hu l-ħobż il-ħaj, li niżel mis-sema, jgħid
il-Mulej; jekk xi ħadd jiekol minn
dan il-ħobż jgħix għal dejjem.
Hallelujah.
L-EVANĠELJU
Qari
mill-Evanġelju skont San Luqa
Lq 9, 11b -17
F’dak iż-żmien, Ġesù qagħad
ikellem il-folol fuq is-Saltna ta’ Alla, u
fejjaq lil dawk li kienu jeħtieġu l-fejqan.
Il-jum kien wasal biex jintemm.
Resqu lejh it-Tnax u qalulu: “Ibgħathom
in-nies ħa jmorru fl-irħula u r-rziezet tal-qrib biex isibu fejn
jistrieħu u jieklu xi ħaġa, għax hawnhekk qegħdin
f’post imwarrab.”
Iżda hu qalilhom: “Agħtuhom
intom x’jieklu.” Qalulu: “Ma għandniex aktar minn ħames ħobżiet
u żewġ ħutiet, jekk għallinqas ma mmorrux aħna stess
nixtru l-ikel għal dawn in-nies kollha!” Għax
kien hemm madwar il-ħamest elef raġel. U qal lid-dixxipli tiegħu: “Qegħduhom bilqiegħda ħamsin ħamsin.”
Hekk għamlu, u qiegħdu lil kulħadd bilqiegħda.
Imbagħad
ħa l-ħames ħobżiet u ż-żewġ ħutiet,
rafa’ għajnejh lejn is-sema, berikhom u qasamhom, u tahom lid-dixxipli
biex inewluhom lin-nies. U kulħadd kiel u xaba’ u l-bċejjeċ tal-ħobż li kien fadal ġabruhom fi tnax-il qoffa.
Il-Kelma tal-Mulej.