L-EWWEL QARI

Qari mill-Ktieb ta’ l-Atti ta’ l-Appostli

Atti 2, 14.22-33

Nhar Għid il-Ħamsin, Pietru flimkien mal-Ħdax qam u qal

lil-Lhud b’leħen għoli:

Nies tal-Lhudija, u intom ilkoll li toqogħdu f’Ġerusalemm, kunu afu

dan u isimgħu sewwa x’se ngħidilkom jien. Ġesù ta’ Nażaret kien

bniedem li Alla takom prova tiegħu permezz tal-mirakli u

l-għeġubijiet u s-sinjali li għamel bih fostkom, kif intom stess tafu.

Lil dan Ġesù, Alla telaqhulkom f’idejkom skond l-għerf u l-pjan

li fassal minn qabel, u intom neħħejtuh billi sallabtuh permezz ta’

nies ħżiena.

Imma Alla qajmu mill-imwiet billi ħall l-irbit tal-mewt, għaliex ma

setax ikun li l-mewt iżżommu taħt is-setgħa tagħha. Għax David

jgħid fuqu, “Żammejt lill-Mulej dejjem quddiemi, għax hu fuq

il-lemin tiegħi, biex qatt ma nitħarrek. Għalhekk ferħet qalbi u mtela

bl-hena lsieni; u ġismi wkoll jistrieħ fit-tama, għax inti ma titlaqx

fl-imwiet lil ruħi, u ma tħallix il-Qaddis tiegħek jara t-taħsir. Inti

għarraftni t-triq tal-ħajja, timlieni bil-ferħ meta nkun quddiemek.”

Ħuti, ħalluni ngħidhielkom kif inħossha fuq il-patrijarka David; hu

miet u kien midfun u l-qabar tiegħu għadu magħna sa llum stess.

Issa hu kien profeta, u kien jaf li Alla ħaliflu b’ġurament li kellu

jqiegħed fuq it-tron tiegħu bniedem ġej minn nislu. David ra minn

qabel u ħabbar il-qawmien tal-Messija, u qal: “La kien mitluq

fl-imwiet, u lanqas ġismu ma ra t-taħsir.”

Lil dan Ġesù, Alla qajmu mill-imwiet, u ta’ dan aħna lkoll xhieda.

Għalhekk, issa li Alla għollieh bil-leminija tiegħu, huwa rċieva

mingħand il-Missier l-Ispirtu s-Santu li kien imwiegħed, u sawbu

fuqna, kif qegħdin taraw u tisimgħu.

Il-Kelma tal-Mulej.


SALM RESPONSORJALI                     

Salm 15

RIT: Mulej, int tgħallimni t-triq tal-ħajja

 

Ħarisni, o Alla, għax fik jien nistkenn.

Jien għedt lill-Mulej: “Int Sidi,

m’għandix ġid ieħor ħliefek.

Mulej, inti s-sehem tal-wirt u r-riżq tiegħi,

inti żżomm f’idejk xortija.

RIT .

 

Inbierek lill-Mulej li tani l-fehma;

imqar billejl qalbi tgħallimni.

Inżomm lill-Mulej dejjem quddiemi,

għax bih f’leminti qatt ma nitħarrek.

RIT .

 

Hekk tifraħ qalbi u tithenna ruħi,

u ġismi wkoll jistrieħ fil-kwiet.

Għax int ma titlaqnix fl-imwiet,

ma tħallix il-maħbub tiegħek jara l-qabar.

RIT .

 

Int tgħallimni t-triq tal-ħajja;

hemm il-milja tal-ferħ quddiemek,

hemm l-għaxqa għal dejjem f’lemintek.

RIT .


IT-TIENI QARI

 

Qari mill-Ewwel Ittra ta’ San Pietru Appostlu

1 Piet 1, 17-21

Għeżież, jekk intom issejħu Missier lil dak li, bla ma jħares lejn

l-uċuħ, jagħmel ħaqq minn kulħadd skond l-għemil ta’ kull wieħed,

għixu fil-biża’ ż-żmien tal-ħajja li qegħdin tgħaddu f’art barranija.

Kunu afu li intom kontu mifdija mill-ħajja tagħkom fiergħa li ħadtu

mingħand missirijietkom, mhux b’xi ħaġa li tintemm, bħalma hi

l-fidda jew id-deheb, imma bid-demm għażiż ta’ Kristu, li kien bħal

ħaruf bla għajb u bla tebgħa.

Hu kien ippredestinat sa minn qabel ma saret id-dinja, imma deher

fl-aħħar taż-żminijiet minħabba fikom. Bih intom temmnu f’Alla, li

qajmu mill-imwiet u tah il-glorja; hekk il-fidi tagħkom hi wkoll tama

f’Alla.

 

Il-Kelma tal-Mulej.


VERSETT
Hallelujah.
Hallelujah

Mulej, Ġesù, fissrilna l-Iskrittura;

ħeġġilna qalbna, int u tkellimna.

Hallelujah


L-EVANĠELJU

Lq 24, 13-35

Dak in-nhar stess fl-ewwel jum tal-ġimgħa, ġara li tnejn

mid-dixxipli kienu sejrin lejn raħal jismu Għemmaws, xi sittin stadju

bogħod minn Ġerusalemm, jitħaddtu bejniethom fuq kull ma kien

ġara. Huma u jitħaddtu u jitkixxfu bejniethom, Ġesù nnifsu resaq

lejhom u baqamiexi magħhom. Imma għajnejhom kellhom xi

jżommhom u ma setgħux jagħrfuh.

U hu qalilhom: “X’intom tgħidu bejnietkom intom u miexja?

U huma waqfu, b’ħarsa ta’ niket fuq wiċċhom. Imbagħad wieħed

minnhom, jismu Kleofa, wieġeb u qallu: “Inti waħdek il-barrani

f’Ġerusalemm li ma tafx x’ġara hemmhekk f’dawn il-jiem?

X’ġara? staqsiehom Ġesù. Qalulu: “Dak li ġara lil Ġesù ta’

Nażaret, li kien profeta setgħan fl-għemil u fil-kliem quddiem Alla

u quddiem il-poplu kollu, kif il-qassisin il-kbar u l-kapijiet tagħna

tawh f’idejn il-gvernatur biex ikun ikkundannat għall-mewt u

sallbuh. Aħna konna nittamaw li hu kien dak li kellu jifdi lil Iżrael;

iżda issa, fuq kollox ġa għaddew tlitt ijiem minn dawn il-ġrajja!

Issa wkoll xi wħud min-nisa tagħna ħasduna, għax marru kmieni

ħdejn il-qabar u l-katavru tiegħu ma sabuhx; ġew jgħidu wkoll li

dehrulhom xi anġli li qalulhom li hu ħaj. Imbagħad marru ħdejn

il-qabar xi wħud minn tagħna u sabu kollox kif kienu qalu n-nisa,

imma lilu ma rawhx!

Qalilhom Ġesù: “Kemm intom boloh u tqal biex temmnu kull ma

qalu l-profeti! U ma kellux il-Messija jbati dan kollu u hekk jidħol

fil-glorja tiegħu? U beda minn Mosè u l-profeti kollha jfissrilhom

kull ma kien hemm fl-Iskrittura fuqu.

Meta qorbu lejn ir-raħal fejn kienu sejrin hu għamel tabirruħu li

kien se jibqasejjer aktaril bogħod. Iżda huma ġegħluh jibqa

magħhom u qalulu: “Ibqamagħna, għax issa sar ħafna ħin u l-jum

ġa wasal biex jintemm. Imbagħad daħal biex joqgħod magħhom.

U waqt li kien fuq il-mejda magħhom, qabad il-ħobż, qal il-barka,

qasmu u tahulhom. Imbagħad infetħulhom għajnejhom u għarfuh,

iżda hu għab minn quddiemhom. U wieħed lill-ieħor bdew jgħidu:

“Ma kinitx imkebbsa qalbna ġewwa fina huwa u jkellimna fit-triq u

jfissrilna l-Iskrittura?

Dak il-ħin stess qamu u reġgħu lura Ġerusalemm. Hemm sabu

lill-Ħdax u lil sħabhom miġbura flimkien, u dawn qalulhom:

“Il-Mulej qam tassew, u deher lil Xmun! U huma wkoll tarrfulhom

x’kien ġralhom fit-triq, u kif kienu għarfuh fil-qsim tal-ħobż.

 

Il-Kelma tal-Mulej.