L-EWWEL QARI

Qari mill-Ktieb tal-Eżodu

17, 8-13

 

Mosè qal lil Ġożwè: “Agħżel irġiel u mur tqabad ma’ Għamalek;

jien noqgħod wieqaf fuq il-quċċata tal-għolja, bil-ħatar ta’ Alla f’idi.”

Ġożwè għamel kif qallu Mosè, u mar jitqabad mal-Għamalekin. Mosè, Aron u Ħur telgħu fuq il-quċċata tal-għolja.

 

Kull meta Mosè kien jerfajdejh, Iżrael kien jirbaħ; u kull meta kien iniżżel idejh, kienu jirbħu l-Għamalekin. 
Meta idejn Mosè bdew jitqalu, ħadu  ġebla u qegħduhielu  taħtu;
u hu qagħad bilqiegħda, waqt li Aron u Ħur żammewlu dirgħajh, wieħed kull naħa. Hekk idejh baqgħu sodi merfugħa sa nżul ix-xemx.

 

U Ġożwè qered lil Għamalek u l-poplu tiegħu b’xifer ix-xabla.

 

Il-Kelma tal-Mulej.


SALM RESPONSORJALI                     

Salm 120  

RIT: L-għajnuna tiegħi mingħand il-Mulej

 

1Nerfa’ għajnejja lejn l-għoljiet;

mnejn se tiġini l-għajnuna?

L-għajnuna tiegħi mingħand il-Mulej,
li għamel is-sema u l-art.

Rit...

 

Ma jħalli qatt li riġlek jogħtor;

ma jongħosx dak li jħarsek.

Ara, la jongħos u lanqas jorqod dak li jħares lil Iżrael. 

Rit...

 

Il-Mulej hu dak li jħarsek;

il-Mulej hu d-dell tiegħek fuq lemintek.

Ma tolqtokx ix-xemx binhar, anqas il-qamar billejl.

Rit...

 

Iħarsek il-Mulej minn kull deni;

hu jħarislek ħajtek.

Il-Mulej iħarsek fil-ħruġ u d-dħul tiegħek,
minn issa u għal dejjem.

Rit...

                                                

 

IT-TIENI QARI

Qari mit-Tieni Ittra ta’ San Pawl Appostlu lil Timotju

2 Tim 3, 14 – 4,2

 

Għażiż, ibqamiexi f’dak li tgħallimt u emmint bis-sħiħ, għax taf

mingħand min tgħallimtu, u għax sa minn żgħoritek sirt midħla tal-Kotba Mqaddsa,
li jistgħu jagħtuk l-għerf li jwassal

għas-salvazzjoni permezz tal-fidi fi Kristu Ġesù.

 

L-Iskrittura kollha hija mnebbħa minn Alla, u tiswa biex wieħed jgħallem, iċanfar, iwiddeb u jrawwem fis-sewwa,
biex hekk il-bniedem ta’ Alla jkun perfett, imħejji għal kull ħidma tajba.

 

Nitolbok bil-ħerqa, quddiem Alla u Kristu Ġesù, li għandu jagħmel

ħaqq mill-ħajjin u mill-mejtin, f’isem id-Dehra tiegħu u s-Saltna tiegħu:
xandar il-kelma, insisti f’waqtu u barra minn waqtu, ċanfar, widdeb, wissi, bis-sabar kollu u bit-tagħlim.

 

Il-Kelma tal-Mulej.

 

 

VERSETT
Hallelujah.
Halleluljah.
Il-kelma ta’ Alla hi ħajja u qawwija,
tgħarbel il-ħsibijiet u l-fehmiet tal-qalb.

Hallelujah.

Qari mill-Evanġelju skont San Luqa

Lq 18, 1-8

 

F’dak  -żmien, Ġesù qal parabbola lid-dixxipli tiegħu biex jurihom li għandhom  dejjem jitolbu bla ma jaqtgħu.
Qalilhom: “Kien hemm f’belt wieħed imħallef, li la kien jibżaminn Alla u lanqas iħabbel rasu minn ħadd.
F’dik il-belt kien hemm waħda armla, u kienet tmur għandu u tgħidlu: “Agħmilli ħaqq kontra l-għadu tiegħi.”

 

Hu ma riedx, u dam ħafna hekk; iżda mbagħad bejnu u bejn ruħu qal: “Mhux għax nibżaminn Alla jew għax se nħabbel rasi min-nies,
imma għallinqas għax din l-armla dejqitni; ħa nagħmlilha ħaqq, biex ma tibqax ġejja u sejra sa ma tifnini.”“

 

U l-Mulej qal: “Isimgħu ftit x’jgħid l-imħallef il-ħażin. Imbagħad Alla, lill-magħżulin tiegħu li jgħajtulu lejl u nhar, sejjer ma jagħmlilhomx ħaqq? Se joqgħod itawwal magħhom? Jiena ngħidilkom li malajr jagħmlilhom ħaqq. Imma taħsbu intom li Bin il-bniedem se jsib il-fidi fuq l-art meta jiġi?”

 

Il-Kelma tal-Mulej.