L-EWWEL QARI
Qari mit-Tieni Ktieb tas-Slaten
2 Slat 5, 14-17
F’dak iż-żmien, Nagħman,
il-kmandant tal-eżerċtu
tas-Sultan ta’ Aram, niżel
fil-Ġordan,
u għodos seba’ darbiet, bħalma qallu Eliżew, il-bniedem ta’ Alla, u ġismu raġa’ sarlu qisu l-ġisem
ta’ tfajjel żagħżugħ,
u ndaf mil-lebbra tiegħu.
U raġa’ lura
għand Eliżew, il-bniedem ta’ Alla, hu u kull min kellu
miegħu; daħal, waqaf quddiemu u qallu: “Ara, issa
naf, iva,
li ma hemmx Alla ieħor fid-dinja kollha, ħlief f’Iżrael. Ilqa’, nitolbok, dan
ir-rigal mingħand il-qaddej tiegħek.” U
qallu Eliżew: “Daqs kemm hu
ħaj il-Mulej li lilu naqdi, jien
ma nieħu xejn.” U ma ħadhulux, għad
li l-ieħor issikkah ħafna.
Għalhekk Nagħman qallu: “La ma tridx, nitolbok li tingħata lill-qaddej tiegħek
tagħbija ta’ żewġ
bgħula ħamrija; għax il-qaddej tiegħek mhuwiex se jagħmel iżjed sagrifiċċji tal-ħruq u offerti lil allat oħra,
jekk mhux lill-Mulej.”
Il-Kelma tal-Mulej.
SALM
RESPONSORJALI
Salm 97
RIT:
Il-Mulej
għarraf is-salvazzjoni
lill-ġnus
Għannu lill-Mulej għanja
ġdida,
għax għamel ħwejjeġ tal-għaġeb.
Ġibitlu r-rebħa l-leminija
tiegħu,
u d-driegħ imqaddes
tiegħu.
Rit...
Għarraf il-Mulej is-salvazzjoni
tiegħu,
f’għajnejn il-ġnus
wera l-ġustizzja tiegħu.
Ftakar fit-tjieba u l-fedeltà tiegħu
mal-poplu ta’ Iżrael.
Rit...
L-art kollha, minn tarf għall-ieħor,
rat is-salvazzjoni ta’ Alla tagħna.
Għajtu bil-ferħ lill-Mulej fl-art kollha,
infexxu fil-hena, ifirħu u għannu!
Rit...
IT-TIENI QARI
Qari mit-Tieni Ittra ta’ San Pawl Appostlu lil Timotju
2 Tim
2, 8-13
Għażiż, ftakar f’Ġesù Kristu, li qam mill-imwiet,
li hu
min-nisel ta’ David,
skont l-Evanġelju li ħabbart jien.
Għalih jien qiegħed inbati
sa l-irbit tal-ktajjen bħallikieku għamilt xi delitt.
Imma l-kelma ta’ Alla mhijiex marbuta!
Għalhekk kollox nieħu bis-sabar għall-imħabba
ta’ dawk li Alla
għażel, biex huma wkoll
jiksbu s-salvazzjoni, li hi ta’ glorja għal
dejjem fi Kristu Ġesù.
Din hi kelma ta’ min joqgħod fuqha:
Jekk aħna
mitna miegħu, għad ngħixu miegħu wkoll;
jekk insofru bis-sabar, għad insaltnu miegħu wkoll;
jekk niċħduh, jiċħadna
hu wkoll;
jekk nonqsu mill-kelma li tajna, hu jibqa’
jżomm kelmtu;
għax hu ma jistax iqarraq
bih innifsu.
Il-Kelma tal-Mulej.
VERSETT
Hallelujah. Halleluljah.
Iżżu ħajr lil Alla f’kollox.
Dan hu li jrid
Alla mingħandkom fi Kristu Ġesù.
Hallelujah.
Qari mill-Evanġelju
skont San Luqa
Lq 17, 11-19
F’dak iż-żmien, il-poplu
ta’ Għamalek qam u tqabad ma’ Iżrael f’Rafidim.
Ġara li huwa u sejjer lejn
Ġerusalemm, Ġesù għadda minn bejn is-Samarija u l-Galilija.
Kif kien dieħel
f’raħal, iltaqgħu
miegħu għaxart irġiel morda bil-lebbra. Waqfu ’l bogħod minnu, għollew leħinhom u qalulu:
“Ġesù, mgħallem,
ikollok ħniena minna!” Kif rahom,
qalilhom:
“Morru uru rwieħkom lill-qassisin.” U ġara li, huma u sejrin, fiequ mill-marda tagħhom.
Wieħed minnhom, kif ra
ruħu mfejjaq, raġa’ lura jgħajjat u jfaħħar
lil Alla, inxteħet wiċċu fl-art f’riġlejn Ġesù u raddlu ħajr. Issa dan kien
Samaritan. U Ġesù qabad
u qal: “Mhux l-għaxra fiequ mil-lebbra? Fejn huma
d-disgħa l-oħra?
Ma kien hemm
ħadd minnhom li raġa’ lura biex jagħti glorja lil Alla
ħlief dan il-barrani?”
Imbagħad qallu: “Qum, mur; il-fidi tiegħek salvatek.”
Il-Kelma tal-Mulej.