L-EWWEL QARI
Qari
mill-Ktieb tal-Għerf
Għerf 18, 6-9
Dak il-lejl
tal-ħelsien tħabbar
minn qabel
lil missirijietna, biex, wara li għarfu
sewwa f’liema wegħdiet emmnu, aktar iqawwu qalbhom.
Il-poplu tiegħek
stenna l-ħelsien tal-ġusti, u l-qerda tal-għedewwa tagħhom, għax kif int ikkastigajt
l-għedewwa tagħna,
hekk sebbaħt lilna meta sejjaħtilna
għalik.
L-ulied twajba
tal-ġusti offrew sagrifiċċju bil-moħbi,
u lkoll fehma waħda qagħdu għal-Liġi ta’ Alla:li l-qaddisin tiegħek jaqsmu xorta bejniethom
kemm il-ġid u kemm id-deni;
għalhekk minn qabel għannew
tifħir missirijiethom.
Il-Kelma tal-Mulej.
SALM
RESPONSORJALI
Salm 32
RIT:
Hieni l-poplu li l-Mulej għażel b’wirtu.
Għannu, ġusti, bil-ferħ lill-Mulej;
jixirqilhom ifaħħruh in-nies sewwa.
Hieni l-ġens li l-Mulej hu Alla tiegħu,
il-poplu li hu għażel b’wirtu.
Rit...
Ara, għajnejn
il-Mulej fuq dawk li jibżgħu minnu,
fuq dawk li jittamaw
fit-tjieba tiegħu,
biex jeħilsilhom
mill-mewt ħajjithom,
u jaħjihom fi żmien
il-ġuħ.
Rit...
Ruħna tixxennaq għall-Mulej,
hu l-għajnuna u t-tarka tagħna.
Ħa tkun, Mulej, it-tjieba tiegħek fuqna,
kif fik hi t-tama tagħna.
Rit...
IT-TIENI QARI
Qari
mill-Ittra lil-Lhud
Lhud 11, 1-2.8-19
Ħuti, il-fidi hija pedament
tal-ħwejjeġ li għandna nittamaw, hija l-prova
tal-ħwejjeġ li ma narawx.
In-nies tal-imgħoddi
għoġbu lil Alla sewwasew għax kellhom il-fidi.
Kienet il-fidi li ġagħlet lil Abraham jobdi s-sejħa ta’ Alla, meta dan qallu
biex imur f’art li kien se jagħtih b’wirt; u telaq, bla ma kien
jaf fejn kien sejjer.
Kienet il-fidi li ġagħlitu
jgħammar fl-art imwiegħda, qisu barrani f’art barranija,
u jgħix taħt
it-tined flimkien ma’ Iżakk
u Ġakobb, li kienu werrieta miegħu tal-istess wegħda; għax hu kien
iħares ‘il quddiem, lejn il-belt
mibnija fis-sod, li l-imgħallem u l-bennej tagħha huwa Alla.
Kienet ukoll il-fidi
li biha Sarah, mara mdaħħla fiż-żmien,
setgħet titqal, għax hija għarfet li ta’ kelmtu kien dak li għamlilha
l-wegħda. Kien għalhekk
li minn bniedem wieħed, li kien tista’ tgħid mejjet, twieldu nies bil-kotra daqs il-kwiekeb tas-sema u daqs ir-ramel ta’ xatt il-baħar, li ħadd ma jista’ jgħoddu.
Kollha bil-fidi mietu
dawn in-nies. Kienu għadhom
ma ħadux dak li kien imwiegħed, iżda huma rawh mill-bogħod u sellmulu, waqt li għarfu
li huma kienu barranin u għorba fuq l-art. Tabilħaqq, dawk li jitkellmu
b’dan il-mod juru ċar li huma qegħdin ifittxu pajjiż għalihom. Li kieku kellhom fi ħsiebhom il-pajjiż li minnu kienu ħarġu,
kellhom żmien biżżejjed biex jerġgħu lura fih. 16Imma issa
huma jixtiequ pajjiż aħjar, jiġifieri, dak tas-sema. Huwa għalhekk li Alla
ma jistmellx jissejjaħ
Alla tagħhom, għax hu ħejja
belt għalihom.
Kienet il-fidi li ġagħlet lil Abraham joffri ’l Iżakk meta Alla ġarrbu; u kien se joffri lil ibnu l-waħdieni
sewwasew dak li kien ħa l-wegħdiet, hu li Alla kien qallu:
“Minn Iżakk int għad ikollok
nisel.” Huwa fehem li Alla kellu
s-setgħa saħansitra
li jqajjem mill-mewt; u, fis-sens ta’ tixbiha, ħadu tabilħaqq
lura mill-mewt.
Il-Kelma tal-Mulej.
VERSETT
Hallelujah. Halleluljah.
Ishru u kunu lesti, għax qatt ma tistgħu
tobsru
s-siegħa li fiha
jiġi Bin il-bniedem.
Hallelujah.
L-EVANĠELJU
Qari
mill-Evanġelju skont
San Luqa
Lq 12, 32-48
F’dak iż-żmien, Ġesù
qal lid-dixxipli tiegħu: ”Le, merħla ċkejkna, tibżgħu xejn, għax Missierkom għoġbu jagħtikom is-Saltna! Bigħu ġidkom u agħtuh karità u fittxu għalikom infuskom boroż li ma jitmermrux, teżor li ma jiġix nieqes fis-sema, fejn la l-ħalliel ma jersaq quddiem, lejn il-belt mibnija
fis-sod, li l-imgħallem
u l-bennej tagħha huwa Alla.
u lanqas
il-kamla ma tħassar. Għax fejn hemm it-teżor
tagħkom, hemm tinsab qalbkom
ukoll.
Żommu ġenbejkom imħażżma
u l-imsiebaħ tagħkom
mixgħula; kunu bħal nies jistennew lil sidhom lura
mill-festa tat-tieġ, biex malli jiġi
u jħabbat jiftħulu
minnufih.
Henjin dawk il-qaddejja li meta jiġi sidhom
isibhom jishru! Tassew ngħidilkom, li hu jitħażżem, iqegħedhom
madwar il-mejda, u jgħaddi quddiemhom iservihom. U kieku kellu jiġi fil-ħin tat-tieni sahra, jew
tat-tielet, u jsibhom xorta waħda fuq dmirhom, henjin
huma!
Kunu afu
dan, li kieku sid id-dar
kellu jkun jaf xħin ikun
ġej il-ħalliel ma kienx
se jħalli min jinfidlu
l-ħajt ta’ daru. Mela kunu lesti intom
ukoll, għax qatt ma tistgħu tobsru s-siegħa li fiha jiġi Bin il-bniedem.”
Qallu
Pietru: “Mulej, din il-parabbola
qiegħed tgħidha għalina, jew għal kulħadd?”
Wieġbu l-Mulej: “Int min tgħid li hu l-qaddej fidil u għaqli? Min hu
dak li s-sid iqiegħdu fuq in-nies tad-dar biex
jagħtihom sehemhom f’ħin l-ikel? Hieni dak il-qaddej li sidu jiġi u jsibu jagħmel dan. Ngħidilkom is-sewwa, li jafdalu ġidu kollu f’idejh.
Imma nagħmlu
mod li dak il-qaddej jibda jgħid f’qalbu: “Sidi jiddawwar ma jiġi,” u jaqbad isawwat lill-qaddejja kollha, irġiel u nisa, u jiekol u jagħtiha għax-xorb u s-sokor;
sid dak il-qaddej jasal
f’jum meta ma jkunx jistennieh, f’siegħa li fiha jieħdu għal għarrieda, u jagħmlu bċejjeċ u jagħtih dak li ħaqqhom in-nies li mhumiex fidili.
U dak il-qaddej
li jkun jaf xi jrid sidu, u madankollu
ma jħejjix
jew ma jagħmilx li jrid sidu, swat kbir jaqla’. Min
imbagħad, bla ma jkun jaf xi jrid
sidu, jagħmel xi ħaġa li jkun ħaqqha s-swat, dan ftit jissawwat.
Għax lil min tawh ħafna,
ifittxu li jieħdu ħafna mingħandu; u min ħallewlu ħafna f’idejh, iżjed jippretendu mingħandu.”
Il-Kelma tal-Mulej.