· Nhar il-Ħadd 29 ta’ Marzu niċċelebraw Ħadd il-Palm. Fid-9:15am isir it-tberik tal-friegħi tal-palm u ż-żebbuġ quddiem il-kunvent u wara ssir purċissjoni sal-knisja fejn ikollna quddiesa fid-9:30am.

· Navżaw li l-pellegrinaġġ bl-istatwa tar-redentur se jsir it-Tnejn 30 ta’ Marzu wara l-quddiesa tas-6:30pm.

It-Tlieta Ċelebrazzjoni penitenzjali wara l-quddiesa tas-6:30pm. lkun hawn saċerdoti disponibbli għall-qrar.

L-Erbgħa, Fis-6:00pm- Via Sagra. Fis-6.30pm - Quddiesa bl-għasar u bil-priedtka fuq il-passjoni tal-Mulej.

Ħamis ix-Xirka - Filgħodu fil-knisja ma jkunx hemm  quddies. Fis-7.00am:  Uffiċċju tal-Qari u Tifħir ta' Sbiħ il-Jum.
Fis-6.30 pm: Quddiesa tat-Tifkira tal-aħħar ikla tal-Mulej fejn isir il-ħasil tar-riġlejn.  Fi tmiem  il-quddiesa issir it-translazzjoni bis-sagrament lejn l-artal tar-ripożizzjoni u immedjatament wara  jibdew il-visti organizzati.   Fl-10.00pm: Adorazzjoni Solenni animata mill-Kunsill  Pastorali Parrokkjali

Il-Ġimgħa l-Kbira- Obbligu tas-sawm u rna jiswix laħam. Visti organizzati fis-6.00am, 8.00am  u 10.00am.   Fis-7.00am:  Uffiċċju tal-Qari u Tifħir ta' Sbiħ il-Jum.  Fid-9:00am: Adorazzjoni immexxija  mill-membri tal-M.U.S.E.U.M tas-Subien.  Fis-2:30pm:  Via Sagra.  Fit-3.00pm: Azzjoni liturġika tat-tifkira tal-Passjoni tal-Mulej.

Sibt il-Għid Filghodu  fil-knisja ma jkunx hemm quddies.  Fis-7.00am:  Uffiċċju tal-Qari  u Tifhir ta' Sbiħ il-Jum.  Fit-8.00pm: Vġili Solenni  tal-Għid bir-riti tad-dawl u l-magħmudija.