• Nhar il-Ħamis li ġej is-Social Club tal-Anzjani
se jorganizza ħarġa
għall-knisja tal-Lunzjata
ġewwa l-Gudja. Wara coffee morning f’wieħed
mill-każini tal-banda ġewwa l-Gudja stess. Tluq bil-private
fid-9:00am
• Nhar il-Ġimgħa li ġej fis-7:00pm, fl-okkażjoni
ta’ Jum il-Fgura se jsir kunċert mill-banda tal-pulizija hawn fil-knisja.
• Nhar is-Sibt 24 u l-Ħadd 25 ta’ Ottubru grupp ta’ adoloxxenti mill-parroċċa tagħna se
jirċievu l-Griżma
tal-Isqof. Kemm is-Sibt u kemm il-Ħadd il-quddiesa tal-Griżma tibda fl-4:30pm. Għalhekk is-Sibt li ġej ma jkunx hawn quddiesa tal-5:30pm. Wara l-quddiesa tal-Griżma ikun hawn quddiesa oħra
fis-7:00pm. Anke il-Ħadd
wara l-quddiesa tal-Griżma ikun hawn quddiesa oħra
fis-7:00pm.
• Nhar il-Ħadd 25 ta’ Ottubru niċċelebraw Jum
il-Fgura. Il-quddiesa
tad-9:30am tkun bis-sehem tal-Kunsill Lokali kif ukoll l-għaqdiet ċivili u reliġjużi
tar-raħal.
• Is-Sibt 31 ta’ Ottubru il-quddiesa tas-6:30pm se tkun animata għat-tfal fl-okkażżjoni tal-festa
tal-qaddisin kollha. Għalhekk qed nistiedni lit-tfal biex jiġu għal din il-quddiesa lesbsin ta’ anġlu jew ta’ xi qaddis. Wara l-quddiesa se jsir party għat-tfal stess isfel fiċ-ċentru
parrokkjali. Dettalji u biljetti mis-sagristija.
• Il-Kungress tat-Terzjarji se jsir Ħaż-Żabbar
il-Ħadd 1 ta’ Novembru.
Dawk li jixtiequ jattendu it-transport jitlaq
fl-4:00pm minn quddiem il-knisja.
• Dawk li jixtiequ jagħmlu quddies fil-knisja tagħna matul is-sena d-dieħla huma mitluba li jġibu l-ismijiet u meta jixtiequ li jsiru u jgħaddu l-lista lill-Pirjol wara l-ħin tal-quddies jew fil-ħinijiet tal-uffiċċju
parrokkjali. Nirringrazzjawkom
bil-quddiem.
• Matul ix-xahar ta’ Novembru filgħaxija ir-rużarju u
l-quddiesa tas-6:30pm ikunu
għar-ruħ il-mejtin
li intom tiktbu fil-kruċjata ta’ talb għall-mejtin. Ħdejn il-bibien tal-knisja poġġejna karti apposta biex min irid jikteb lill-għeżież
tiegħu
• Il-Bazaar tal-Milied jibda minn Novembru u se jsir fil-knisja l-qadima fi Triq il-Karmelitani. Ħdejn San Ġorġ Preca poġġejna qfief apposta biex twaddbu
fihom affarijiet għall-bazaar tal-Milied. Niprreferu preserves u affarijiet
ġodda. Ħwejjeġ
użati ma naċċettawhomx.
• Din il-ġimgħa fil-parroċċa
tagħna miet France
Abela. Miet ukoll Alfred Monreal ta’ Triq Mater Boni Consiglii. Il-Funeral tiegħu nhar it-Tlieta fis-2:00pm.