Illum
il-Ħadd niċċelebraw għeluq it-80 sena tal-wasla
tal-patrijiet Karmelitani fil-Fgura. Nirrngrazzjaw lil Alla għal dak kollu
li għamel magħna matul dawn it-80 sena u nitolbu għal aktar
vokazzjonijiet fl-ordni Karmelitan bmod partikolari mill-parroċċa
tagħna.
Nhar it-Tnejn
15 ta Diċembru tibda n-novena tal-Milied. Kuljum fis-6:00pm jkollna
r-rużarju u fis-6:30pm quddiesa bl-omelija u wara ċelebrazzjoni
ewkaristika. Inħeġġu sabiex ikollna attendenza tajba ħalli
nippreparaw sew għall-festa tal-Milied.
Nhar
l-Erbgħa ser issir ħarġa tal-Milied għal San Pawl
il-Baħar. Tluq bil-private fit-8:30am.
Nhar
il-Ħamis li ġej is-Social Club tal-anzjani se jorganizza
ħarġa bl-ikel għal Buġibba. Tluq bil-private fit-8:30am.
Biljetti mingħand Lilian Plumpton.
Il-Kummissjoni Festa Esterna se torganizza diversi attivitajiet marbuta
mal-Milied fosthom tqassim tar-rigali fid-djar, Christmas Dinner, Party
għat-tfal u party tal-aħħar tas-sena. Biljetti u dettalji
mill-maħżen tal-armar.
Il-każin tal-banda wkoll se jorganizza diversi attivitajiet marbuta
mal-festi tal-Milied. Dettalji mill-każin stess.
Illum
fil-każin tal-banda jkun hemm it-tombla mis-2:00pm il quddiem.
Bħalissa qed isir il-bazaar tal-Milied fil-knisja l-qadima. Tistgħu
tgħaddu għalih mis-sagristija.
Din
il-ġimgħa fil-parroċċa tagħna mietu Jane Carbonaro u
Mary Sultana.