Nhar it-Tnejn 13 ta’ Ottubru, fl-okkażżjoni tal-festa tal-aħħar dehra tal-Madonna ġewwa Fatima, ir-rużarju filgħaxija se jkun meditat u se jsir wara l-quddiesa u mhux qabel il-quddiesa.

Nhar l-Erbgħa 15 ta’ Ottubru se norganizzaw ħarġa għal San Pawl il-Baħar. Tluq bil-private fit-8:30am minn quddiem il-knisja.

Nhar il-Ġimgħa 17 ta’ Ottubru ser issir laqgħa importanti għall-ġenituri li wliedhom se jirċievu l-Griżma tal-Isqof fl-aħħar ta’ dan ix-xahar. Il-laqgħa ser issir hawn fil-knisja u tibda fis-7:00pm.

Nhar il-Ħadd hija l-Ġurnata Missjunarja. Fil-quddies kollu ssir il-ġabra u talb għall-Missjoni.

Navżaw lit-Terzjarji Karmelitani li l-Kungress ser isir fil-parroċċa taż-Żurrieq il-Ħadd 9 ta’ Novembru filgħaxija.

Navżaw ukoll lit-Terzjarji li se jsir ġurnata rtir bi preparazzjoni għall-Milied it-Tlieta 18 ta’ Novembru fil-kunvent tagħna tal-Imdina. Dettalji tal-ħinijiet u l-programm jitħabbru aktar tard.

• Il-booking għall-intenzjonijiet tal-quddies għas-sena 2026 huwa miftuħ. Il-booking isir fis-Sagristija nhar ta’ Tnejn u nhar ta’ Erbgħa mill-5.00 sas-6.00pm u t-Tlieta l-Ħamis mit-8.00 a.m. sad-9.00 a.m. Il-booking jibqamiftuħ sal-aħħar t’Ottubru.

• Din il-ġimgħa fil-parroċċa tagħna mietu William Hales, Charlie Herd u Carmela Seychell. Il-funeral ta’ Carmela Seychell se jsir nhar it-Tlieta fil-quddiesa tat-8:30am.