· Nhar it-Tlieta li ġej se norganizzaw ħarġa bil-private għal San Pawl il-Baħar. Tluq minn ħdejn il-knisja fit-8:30am.

· Nhar il-Ħamis 14 ta’ Awissu, lejliet Santa Marija, il-quddiesa tas-6:30pm tkun tgħodd għall-preċett tal-ġimgħa.

· Nhar il-Ġimgħa 15 ta’ Awissu Festa ta’ Santa Marija. Dakinhar hija festa kmandata u l-ħin tal-quddies ikun dak bħal ta’ nhar ta’ Ħadd.

· Il-ġabra li saret il-Ħadd li għadda b’risq il-knisja laħqet is-somma sabiħa ta’ €1,027. Nirringrazzjawkom ħafna tal-ġenerożita tagħkom.

· Il-ġabra li saret il-Ħadd li għadda ħdejn il-bibien tal-knisja b’risq il-poplu ta’ Gaża, laħqet is-somma sabiħa ta’ €2,274. Grazzi ħafna tal-ġenerożita tagħkom.

· Se norganizzaw ġurnata għal Għawdex l-Erbgħa 27 ta’ Awwissu. Dawk li beħsiebhom jiġu importanti li jniżżlu isimhom fis-sagristija.

· Din il-ġimgħa fil-parroċċa tagħna mietu: Mario Micallef u Rose Marie Gatt. Il-Funeral ta’ Rose Marie Gatt se jsir nhar it-Tnejn fid-9:30am fil-knisja tagħna.