Nhar it-Tlieta 10 ta’ Frar niċċelebraw il-Festa tal-Appostlu Missierna San Pawl. Dakinhar hija festa kmandata u l-ħin tal-quddies ikun dak bħal ta’ nhar ta’ Ħadd. It-Tnejn, lejliet il-festa filgħaxija jkollna żewġ quddisiet: fil-5:30pm u fis-6:30pm.

Nhar l-Erbgħa 11 ta’ Frar niċċelebraw l-ewwel dehra tal-Madonna ġewwa Lourdes. Dakinhar fil-5:00pm, it-Terzjarji Karmelitani jkollhom il-laqgħa fiċ-ċentru parrokkjali.

Nhar l-Erbgħa wkoll ser issir ħarġa għal San Pawl il-Baħar. Tluq bil-private fit-8:30am.

• Din il-ġimgħa it-tberik se jsir il-Ġimgħa biss u se nżuru u nbierku l-familji ta’ Triq is-Sur naħa ta’ Bormla, (naħa numri biż-żewġ). It-tberik u ż-żjajjar jibdew fl-4:00pm

Bħalissa il-Kummissjoni Festa Esterna qed tagħmel il-ġabra mid-djar b’risq il-festa. Nitolbukom sabiex tkunu ġenerużi.

• It-Tnejn 16 ta’ Frar il-Kummissjoni Festa Esterna se torganizza party tal-Karnival fis-sala tal-Kunsill bejn il-5:00pm u s-7:30pm. Biljetti mill-maħżen tal-armar.

• It-Tlieta 17 ta’ Frar se norganizzaw nofs ta’ nhar irtir għat-Terzjarji u l-ħbieb tagħhom ġewwa l-kunvent tal-Karmnu l-Imdina. Nitilqu fit-8:30am u naslu lura fis-1:30pm. Min hu nteressat ikellem lill-kappillan.

• Il-Ħamis 19 ta’ Frar se jsir cofee morning ġewwa l-każin tal-banda.

• Illum il-Ħadd, fil-każin tal-banda jkun hemm it-tombla mis-2:00pm ‘il quddiem.