Din il-ġimgħa niċċelebraw il-festa fil-parroċċa tagħna:

• It-Tnejn fis-6:00pm quddiem il-Museum tal-bniet tibda l-manifestazzjoni tat-tfal bl-istatwa tal-Madonna tal-Karmnu li titla quddiem il-Knisja. Imbgħad fis-7:00pm ikun hawn quddiesa animata għat-tfal u wara ħruġ tal-vara min-niċċa.

• It-Tlieta, Jum il-Familja, fis-7:00pm quddiesa fejn għaliha qed nistiednu lil dawk il-koppji li kellhom tarbija mill-festa tas-sena l-oħra l’hawn kif ukoll lil dawk il-koppji li din is-sena qed jiċċelebraw xi anniversarju speċjali

• L-Erbgħa, l-Ħamis u l-Ġimgħa, ġranet tat-tridu. Fis-6:30pm ikun hawn ir-rużarju u fis-7:00pm quddiesa. Matul il-ġranet tat-tridu jippriedka Dun Stephen Attard.

• L-Erbgħa wkoll ser issir ħarġa għal-San Pawl il-Baħar. Tluq bil-private fit-8:30am.

• Il-Ħamis fid-9:30am ikun hawn quddiesa għall-anzjani u l-morda fejn fiha jiġi amministrat is-sagrament tal-Griżma tal-morda.

• Is-Sibt filgħodu fit-8:30am ikun hawn il-quddiesa tat-Te Deum. Filgħaxija fis-6:30pm Transulazzjoni u fis-7:00pm quddiesa. Imexxi il-pirjol P. Joe Saliba. Fi tmiem il-quddiesa se jiġi inawgurat u mlibbes l-istellarju l-ġdid tal-vara.

• Il-Ħadd jum il-Festa. Filgħodu l-quddies ikun fis-6:00am, 7:00pm u 8:00am. Fid-9:00am tibda quddiesa kantata solenni. Jinseġ il-paniġierku Dun Keith Scicluna. Wara ikun hawn il-quddiesa tal-11:00am. Filgħaxija fis-6:30pm ikun hawn quddiesa u wara purċissjoni bl-istatwa tal-Madonna tal-Karmnu. Fl-10:30pm isir id-dħul tal-vara lura fil-knisja, titkanta l-anitifona u barka sagramentali.

• Il-ġabra li saret il-Ħadd li għadda għall-papa, kienet ta’€1,218 nirringrazzjawkom ħafna.

• Fl-aħħarnett nawguraw il-festa t-tajba lil kulħadd.