
![]() |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Il-Knisja u l-Kunvent tal-Fgura Il-Kappillani tal-Fgura minn kemm ilha Parroċċa Il-Pirjoli li Mexxew il-Kunvent tal-Fgura mill-1945 'il hawn Il-Knisja u l-Kunvent tal-Fgura Id-devozzjoni lejn il-Madonna tal-Karmnu fil-Fgura ilha
Din il-Knisja ġiet mibnija f'nofs it-triq bejn Ħal-Tarxien, Raħal Ġdid, Bormla u Ħaż-Żabbar, u kienu jgħidulha tal-Fgura, biex jirreferu għax-xbiha (Figura, Fgura) tal-Madonna. Il-qima li kienu jagħtuha missirijietna kienet tant kbira li Dun Salv Busuttil li kien in-neputi ta' l-ewwel benefattur iddeċieda li jħottha u jkabbarha. Fl-1844 ittellgħet mill-ġdid mill-imgħallem Indri Vassallo u ġiet imbierka solennement fit-13 ta' Dicembru 1854, Il-Komunità tal-patrijiet Karmelitani marret fil-Fgura fl-14 ta' Diċembru 1945. L-ewwel patrijiet kienu Patri Tarcisju Licari, Patri Redent Gauci, Patri Gwann Caruana u Fra Romeo Bezzina.
L-ewwel Patrijiet li ġew il-Fgura Dawn la kellhom kunvent u lanqas Knisja. Għalhekk bħala Kunvent krew dar numru 7 fi Triq San Xmun u bħala knisja talbu li jiffunzjonaw fil-Kappella iddedikata lill-Madonna tal-Karmnu magħrufa bħala tal-Fgura. Din il-Knisja kienet propjeta tal-familja Busuttil, u l-aħħar rettur tagħha kien is-Sur Etilvoldo Busuttil, li għat-talba tal-Provinċjal Pietru Dimech aċċetta bil-ferħ li jislef il-knisja għas-servizz tal-patrijiet. Il-Provinċjal talab ukoll il-permess ta' l-Arċisqof u tah b'digriet tal-Kurja Arċiveskovili tal-14 ta' Diċembru 1963. Il-Knisja kienet żgħira għall-popolazzjoni li kienet dejjem qed tiżdied u d-dar li kienu qed jużaw bħala kunvent kienet skomda u nieqsa mill-affarijiet meħtieġa. B'hekk inħass il-bżonn li ssir knisja kbira u kunvent sewwa. Il-Providenza ħasbet għal dan, għaliex il-gabillott Anġlu Camilleri u martu Marjanna offrew
L-ewwel ġebla tal-Knisja mqiegħda L-ewwel ġebla tagħha tqiegħdet mill-Arċisqof Mikiel Gonzi fil-11 ta' Diċembru 1948. Il-parrinijiet kienu Anġlu Camilleri, id-donatur ta' l-art li fuqha kellha tinbena l-knisja u Sir Paul Boffa M.D., Prim Ministru ta' Fis-26 ta' Novembru sar it-trasport solenni tal-vara l-antika mill-Knisja l-Qadima għall-knisja l-ġdida. Din il-vara kienet rigal tas-Sur Antonio Cubo. L-istatwa li naraw illum hi ta' l-injam u nħadmet f'Bolzano, l-Italja fl-1960
L-ewwel Statwa ħierġa mill-Knisja l-Qadima Fil-21 ta' Jannar 1965 din il-knisja ġiet imwaqqfa bħala Parroċċa mill-Arċisqof Gonzi bil-limiti meħudin Ħames snin wara li l-patrijiet kienu ħelsu mid-djun li kellhom għall-bini tal-Knisja u tal-Kunvent, bdew jaraw li l-Knisja kienet saret żgħira minħabba li l-poplu kompla jikber u kienu twaqqfu aktar komunitajiet ġodda. Għalhekk il-patrijiet malajr bdew jaħsbu biex jibnu Knisja oħra akbar li tkun taqdi aħjar il-ħtiġijiet tal-lokal. Huma malajr sabu l-inkoraġġament, għax L-istil tal-Knisja huwa modern u oriġinali b'saqaf li jgħatti aktar Mill-1990 sal-lum ġew magħmula diversi opri ġodda fil-knisja... Agħfas hawn biex terġa titla' fuq Il-Kappillani tal-Fgura
P. Timotju Azzopardi, O.Carm. (Kapp. 1965 - 1979) P.Timotju Azzopardi O. Carm., twieled Ħal-Luqa fit-13 ta' Ottubru 1926. Studja fl-Iskola Primarja tal-Lokal, fil-Kulleġġ De la Salle, u fl-Iskola ta' l-Apprentisti fid-Dockyard. Fl-1945 ħaddan l-Ordni Karmelitan. Sena wara pprofessa. Ġie ordnat Saċerdot fl-1952. Kellu ħajra kbira għall-muzika, u għalhekk kompla jistudja b'suċċess u akkwista Ċertifikat mill-London College of Music u mir-Royal School of Music ta' Londra. Imbagħad akkwista Liċenzjat mill-Istitut Pontifiċju tal-Mużika Sagra ta' Ruma. Kien ukoll Organista Uffiċjali, Direttur tal-Kor, Surmast ta' l-Istudenti Karmelitani, Prefett ta' l-Istudenti, Prokuratur tal-Missjonijiet Karmelitani, Direttur Provinċjali tal-Vokazzjonijiet, u Għalliem fil-Kullegg Mount Carmel u f'diversi Skejjel ta' l-Istat. Ġie maħtur bħala l-ewwel Kappillan tal-Parroċċa tal-Fgura fl-1965, malli l-Fgura saret Parroċċa. Dam f'din il-kariga sal-1979.
P. Leonard Mahoney, O. Carm.(Kapp. 1979 - 1982) Kien ukoll Kappillan tal-Balluta. Inħatar Kappillan tal-Fgura fl-1979, u dam sal-1982. Wara nħatar Provinċjal ta' l-Ordni.
P. Guido Micallef, O.Carm. (Kapp. 1982 - 1991) .
P. Amadeo J. Zammit, O.Carm. (Kapp. 1991 - 1997)
P. Joe Saliba, O.Carm. (Kapp. 1997 - 2006) P. Joe Vella,O.C Patri Joe Vella O. Carm twieled il-Fgura fis-7 ta’ Awissu 1958. Huwa daħal fl-Ordni Karmelitan fejn ipprofessa solenni fid-29 ta’ Ġunju 1981. Fit-3 ta’ Lulju 1982 ġie ordnat saċerdot.
Agħfas hawn biex terġa titla' fuq
Patri Renald Lofreda O.Carm twieled nhar id-9 ta’ Settembru 1978 minn John u Mary nee Mallia u tgħammed fil-parroċċa ta’ San Gejtanu l-Ħamrun. Hu għadda ħafna żmien fil-parroċċa ta’ Santa Venera fejn kien abbati għal bosta snin u hemm sar jaf lill-patrijiet Karmelitani. Daħal mal-Karmelitani bħala pre-novizz fit-23 ta’ Settembru 1996 u għamel in-novizzjat f’Pisa, l-Italja bejn Awissu 1998 u Settembru 1999. Fl-1 t’Ottubru ta’ l-istess sena għamel il-professjoni sempliċi fl-Ordni Karmelitan. Matul is-snin tal-formazzjoni lesta l-istudji tiegħu tal-filosofija u t-teoloġija fl-Università ta’ Malta. Fis-17 ta’ Settembru 2002 P.Renald għamel il-Professjoni Solenni u fit-13 t’Ottubru ta’ l-istess sena ġie ordnat djaknu fil-parroċċa taż-Żejtun. Ġie ordnat saċerdot fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann mill-Arċisqof Ġużeppi Mercieca nhar l-20 ta’ Ġunju 2003. Wara li kiseb il-Liċenzjat fit-teoloġija fl-Università ta’ Malta, ntbagħat jistudja l-liturġija fl-Università Pontifiċja St. Patrick’s College, f’Maynooth fl-Irlanda. Fl-istess żmien huwa għex fil-komunità Karmelitana ta’ WhiteFriars fiċ-ċentru ta’ Dublin. L-ewwel esperjenza pastorali tiegħu kienet fil-parroċċa tal-Fgura fejn ħadem ħafna ma’ l-Għaqda ta’ l-Abbatini u fil-Kummissjoni Liturġika Parrokkjali. Kien ukoll Viċi Direttur u aktar tard Direttur tal-Vokazzjonijiet Karmelitani. F’dawn l-aħħar tliet snin ta s-servizz pastorali tiegħu bħala viċi fil-parroċċa tal-Fgura fejn kien ukoll responsabbli miż-żgħażagħ tal-festa u mill-abbatini. Fl-istess ħin ta servizz lill-Provinċja Karmelitana Maltija bħala ċeremonjier tal-Provinċjal, direttur spiritwali u għalliem tar-reliġjon f’St. Elias College immexxi mill-Karmelitani. Kien ukoll direttur spiritwali ta’ l-Għaqda Karmelitana Banda Queen Victoria taż-Żurrieq. Permezz ta’ digriet tas-27 ta’ Mejju 2009 Mons. Pawl Cremnona O.P. Arċisqof ta’ Malta ħatar lil Patri Renald kappillan tal-Fgura. Hu beda jamministra l-parroċċa mill-1 ta’ Ġunju 2009 fil-waqt li nhar il-Ħadd 5 ta’ Lulju ta’ bidu uffiċċjali għall-ħidma pastorali tiegħu ta’ kappillan waqt ċelebrazzjoni mmexxija mill-Arċisqof. Agħfas hawn biex terġa titla' fuq
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
![]() |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||