PROGRAMM TAC-ĊELEBRAZZJONIJIET
TAT-TLIET IJIEM IMQADDSA TAL-GĦID 2010

 

Il-Ħamis 1 t’ April:  Ħamis ix-Xirka 

Fis-7:00am Celebrazzjoni ta’ l-Uffiċċju tal-Qari u Tifħir ta’ Sbiħ il-Jum.
Fis-5:45pm Preżentazzjoni u katekeżi dwar iż-żjut li jkunu ġew imbierka u   kkonsagrati mill-Arċisqof fil-quddiesa tal-Griżma fil-għodu.
Fis-6:00pm  Konċelebrazzjoni solenni ta’ l-Aħħar Ikla tal-Mulej bir-rit tal-ħasil  tar-riġlejn.  Transalazzjoni tas-Sagrament lejn l-altar tar-ripożizzjoni. Wara jibdew il-Visti organizzati mit-Terzjarji Karmelitani.
Fl-10:00pm Adorazzjoni solenni animata mill-Kunsill Pastorali Parrokkjali flimkien mal-Kummissjoni Liturġika. 

Il-Ġimgħa 2 t’ April:  Il-Ġimgħa l-Kbira 

Fis-6:00am Visti organizzati.  Fis-7:00pm Celebrazzjoni ta’ l-Uffiċċju tal-Qari u Tifħir ta’ Sbiħ il-Jum.
Fit-8:00am Visti organizzati mill-Museum.
Fid-9:00am Visti organizzati mill-każini tal-Banda u dawk politiċi.  Wara tkompli l-adorazzjoni fis-skiet.
Fit-3:00pm Azzjoni Liturġika tal-Passjoni u l-Mewt tal-Mulej bl-adorazzjoni tas-Salib Imqaddes. 

Is-Sibt 3 t’ April:  Sibt il-Għid
 Fis-7:00pm Celebrazzjoni ta’ l-Uffiċċju tal-Qari u Tifħir ta’ Sbiħ il-Jum.
Fit-8:00pm  Sahra tal-Vġili Solenni ta’ l-Għid bir-riti tal-mixgħela tad-dawl u l-magħmudija. 

Il-Ħadd 4 t’ April:  L-Għid il-Kbir tal-Mulej. 

Fid-9:30am Quddiesa solenni ta’ l-Għid il-Kbir.
Fis-6:00pm Għasar Solenni u fis-6:30pm Quddiesa bil-kant.