
![]() |
||
| IL-LEGJUN TA’ MARIJA | ||
IL-LEĠJUN TA' MARIJA FIL-FGURA Ill-Leġjun ta' Marija beda fil-Fgura fit-30 ta’ Settembru 1962. L-ewwel Direttur Spiritwali kien Patri Clement Caruana. O.Carm. L-ewwel President kienet is-Sinjura Mary Fenech.
Kien hemm żmien meta f'dan il-Praesidium kienu jattendu ħafna Membri. Għalhekk il-Membri nqasmu, u bdiet issir laqgħa oħra filgħodu, fid-9.30 p.m., nhar ta’ Erbgħa. Ħames Praesidia Bħalissa fil-laqgħa li ssir nhar ta' Ħamis filgħaxija hemm 11-il membru, u dan il-Praesidium hu mmexxi mis-Sinjura Irene Dalli. Għall-Praesidium li jiltaqa' l-Erbgħa filgħodu jattendu ukoll 11-il membru, u dan hu mmexxi mis-Sinjura Jane Galea. Iż-żewġ Praesidia. li huma t-tnejn tan-Nisa, għandhom lil Patri Mawrizju Mizzi, O.Carm., bħala Direttur Spiritwali. Fil-Parroċċa tagħna hemm ukoll Praesidium ieħor: dak ta’ l-Irġiel, li jiltaqa' wkoll nhar ta’ Ħamis fil-5.30 p.m. Dan hu mmexxi mis-Sur Gustav Privitelli, u hu taħt it-tmexxija spiritwali ta' Patri Mawrizju Mizzi. O.Carm. Sa ftit snin ilu kien hawn ukoll żewġ Praesidia taż-żgħar: wieħed għall-Bniet u l-ieħor għas-Subien. Il-Forma tal-Laqgħat Il-laqgħa tibda bir-reċita tar-Rużarju. Imbagħad tinqara silta mill-Hand Book tagħna, u ssir diskussjoni fuqha. Wara jitqassam ix-xogħol bejn il-Membri, biex isir matul ilġimgħa. Aħna nżuru tnejn tnejn id-djar tal-Fgura, xi Dar ta' l-Anzjani jew sptar. Nieħdu magħna l-istatwa tal-Madonna u nħalluha fid-djar għal ġimgħa. Sadattant aħna nitkellmu mal-familji li nżuru u, filwaqt li nħajruhom jattendu xi Għaqda reliġjuża, nippruvaw ngħinuhom f'dak kollu li jeħtieġu, mill-aħjar li nistgħu, jew nirreferuhom għand min jista' jgħinhom. Waqt il-laqgħa wkoll id-Direttur Spiritwali jaqra u jispjega silta mill-Evanġelju. Il-laqgħa ma ddumx iktar
Xogħol li jwettaq Għandu żewġ Kategoriji ta’ Membri : Membri attivi: Jattendu għal laqgħa darba fil-ġimgħa.
Membri Awżiljiari: Dawn ma jattendux laqgħat, iżda jgħinu fit-talb għalhekk “Awżiljari” għax
Attivitajiet: (Membri Attivi)
Sejħa Il-parruċċani kollha tal-Fgura huma msejħa biex flimkien nagħmlu parrocca aħjar u nressqu aktar erwieh erwieħ lejn Kristu. Il-Leġjun ta' Marija jilqa’ lil kulħadd, u għandu sehem għal kulħadd, Irgiel, Nisa u Tfal, fil-ħidma li jwettaq ma' l-istess Membri, u mal-familji tal-Fgura. Għalhekk, jekk jinteressak, agħmel kuntatt fuq wieħed minn dawn in-numri tat-telefon, u tingħata aktar tagħrif: PRAESIDIA
Materjal migbur minn Gustav Privitelli
|
||
![]() |
||