
![]() |
|||||||||||||||||||||||||
|
Il-KOR “INFAĦĦRU LIL MARIJA” Il-Kor parrokkjali “Infahhru lil Marija” ilu mwaqqaf mill-1975 u kellu bħala l-ewwel surmast direttur tiegħu lil Patri Marcellin Scicluna O.Carm. Wara Patri Marcellin daħal is-Sur Joe Flask u warajh is-Sur John Chetcuti. Għal żmein twil il-kor għadda taħt it-tmexxija għaqlija u mimlija dedikazzjoni ta’ P.Mario Enriquez O.Carm li l-Mulej sejjaħlu għal għandu f’Ġunju 2006. Is-Surmast Josef Bugeja kien is-suċċessur ta’ P.Mario imma kellu jieqaf mill-ħidma tiegħu wara sentejn u minfloku daħal is-Surmast Joseph Galea. Fil-preżent il-Kor huwa mmexxi mis-Surmast Joseph Chircop u bhala organista ghandu lis-Sur Anthony Camilleri. |
|||||||||||||||||||||||||
![]() |
|||||||||||||||||||||||||
|
Il-kor huwa kompost minn 35 membru ta’ etajiet varji. F’dawn l-ahhar 25 sena l-Kor ta sehmu f’diversi okkazjonijiet f’Parrocci oħrajn, waqt Festi Titulari kif ukoll f’Quddies Solenni. Deher l-ewwel darba fuq it-Television lokali fl-1986, u nstema’ fuq ir-radju RTK bosta drabi. Barra minn hekk il-Kor ha sehem f’kunċerti u festivals tal-korijiet fosthom f’Ħal-Safi, l-Isla, San Alwiġi, f’Wied il-Għajn u l-Belt Valletta. Il-Kor jiltaqa’ għall-kunċerti nhar ta’ Tlieta bejn is-7.00 u t-8.00 ta’ filgħaxija. F’dawn il-kunċerti l-kor mhux biss jipprepara għall-funzjonijiet li jkunu resqin iżda jipprepara ukoll għal xi okkażjonijiet speċjali tal-parroċċa u anki barra minnha. Bosta drabi ta s-servizz tiegħu f’tiġijiet, primi messi, ordinazzjonijiet u bosta ċelebrazzjonijiet oħra kemm fil-parroċċa u anki f’postijiet oħra.
|
|||||||||||||||||||||||||
|
Mro Joseph Chircop Min hu s-Surmast Joseph Chircop
Is-Sur Tony Camilleri - Organista
|
|||||||||||||||||||||||||
|
|
|||||||||||||||||||||||||
|
|
|||||||||||||||||||||||||
![]() |
|||||||||||||||||||||||||
|
Il-membri tal-Kor, familjari u hbieb waqt Pasta Night |
|||||||||||||||||||||||||
|
![]() |
|||||||||||||||||||||||||
KUMITAT: Direttur Spiritwali: Surmast Direttur: Membri:
|
|||||||||||||||||||||||||
![]() |
|||||||||||||||||||||||||
|
Tislima lil Parti Mario Enriquez O.Carm Patri Mario Enriquez O.Carm ġie msejjaħ għal għand il-Mulej, nhar il-Ħamis, 22 ta’ Ġunju 2006. P. Mario kien ilu Surmast Direttur, kif ukoll Direttur Spiritwali tal-kor għal sittax il-sena. Barra d-direzzjoni tal-kor, P.Mario kellu talent kbir għal dik li hi kompożizzjoni ta’ mużika sagra, u huma ħafna l-quddies u kant liturġiku li ħarġu mill-pinna tiegħu. Il-kor ‘Infaħħru lil Marija’ kien wisq għal qalbu u kien dejjem jaħseb u jara x’jista’ jgħallem lill-koristi tiegħu biex dejjem ikabbar ir-repertorju tal-kor. Kellu dedikazzjoni u paċenzja kbira biex jgħallem biċċiet tal-mużika ġodda, jew li jkun kiteb hu stess, jew ta’ kompożituri oħra. Kien iħeġġeġ lill-membri biex il-kor jieħu sehem f’kunċerti, f’diversi lokalitajiet f’Malta, u jaqsam t-talenti tiegħu ma’ korijiet oħra. Il-kunċerti li P.Mario kien ipprepara l-kor għalihom, ma kienux biss dawk ta’ kant sagru, imma ukoll kunċerti ta’ mużika kontemporanja. L-umiltàu s-sempliċità ta’ P.Mario kienu l-ewwel li jolqtuk fih. Kien bniedem li dejjem ħadem fis-skiet u l-ħafna xogħol li kien jagħmel deher mat-telfa tiegħu. Non omnis moriar. It-tifkiriet tiegħek żgur li se jibqgħu jgħixu magħna għal dejjem! |
|||||||||||||||||||||||||
![]() |
|||||||||||||||||||||||||