KUMMISSJONIJIET PARROKKJALI

Il-Kummissjonijiet Parrokkjali huma frott ta’ dak li ppropona s-Sinodu Djoċesan fl-2003.  Huma kollha taħt ir-responsabiltà tal-kappillan u jaħdmu f’kollaborazzjoni sħiħa miegħu u mal-Kunsill Pastorali Parrokkjali.  Kif wieħed jista’ jara l-Kummissjonijiet Parrokkjali jkopru l-valuri l-aktar importanti li ħarġu mis-Sinodu Djoċesan.

 

Kummissjoni Liturġika:

Minħabba li l-liturġija hija l-għajn u l-quċċata tal-ħajja tal-Knisja ma jistax ikun li parroċċa ma tagħtix l-importanza li tixraq liċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi.  Flimkien mal-kappillan, din il-Kummissjoni li tiltaqa’ kull xaharejn tieħu ħsieb tippjana u torganizza ċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi tal-parroċċa.  Barra minn hekk għandha d-dmir li tieħu ħsieb il-formazzjoni tal-letturi, l-animaturi u dawk kollha involuti fiċ-ċelebrazzjoni tal-liturġja mqaddsa.

P. Renald J.M. Lofreda O.Carm. - President u Chairperson

Nazzareno Farrugia - Segretarju

Salvinu Falzon - Ministri Straordinarji

Edward Mifsud - Abbatini

Edward Mifsud - Ċeremonjier

Betty Caruana - Kor Parrokkjali

Lilian Plumpton - Kor tat-Tfal

Margaret Cefai - Letturi

Manuel Axisa - Animaturi


Kummissjoni  Kateketika:

Il-liturġija u l-Katekeżi huma marbuta flimkien.  Għaldaqstant din il-Kummissjoni tieħu ħsieb li tikkoordina l-katekeżi li ssir fil-parroċċa tagħna li tinkludi dik tat-tfal fl-oqsma tal-Museum, dik ta’ l-adulti li ssir mill-Mixja Neo-Katekumenali u dik tat-tfal li ssir fil-quddies tal-Ħdud biex hekk it-tfal ikollhom il-liturġija spjegata b’mod li jifmuha huma u jieħdu l-frott minnha.

P. Renald J.M. Lofreda O.Carm.  President u Chairperson

Is-Superjur Joseph Abdilla

Is-Superjura Nikolina Farrugia

Is-Sur Nazzarenu Farrugia

Is-Sur Joe Fava


Kummissjoni Żgħażagħ u Adolexxenti:

Din hija kummissjoni importanti minħabba n-numru kbir ta’ żgħażagħ u adolexxenti li għandna fil-parroċċa.  Il-parroċċa tagħna kienet fost ta’ l-ewwel li waqqfet din il-kummissjoni li hija magħmula kollha miż-żgħażagħ.  Id-dmir ta’ din il-Kummissjoni li tiltaqa’ kull xaharejn huwa l-ko-ordinament tal-ħidma pastorali li ssir mill-parroċċa maż-żgħażagħ u l-adolexxenti.  L-istess kummissjoni hija responsabbli mill-liturġija għaż-żgħażagħ mhux biss fl-okkażjonijiet speċjali imma wkoll għall-quddiesa tal-11:00am f’kull l-ewwel Ħadd tax-xahar u dik tas-6:30pm kull tielet Ħadd tax-xahar.

P. Renald J. M. Lofreda O.Carm. - President u Chairperson

Lara Camilleri - Segretarja

Lara Camilleri - FYC Crossbows

Louis Cutajar - Liturgy Team

Glen Mercieca

Christopher Debono


Kummissjoni Familja:

Il-familja hija realtà importanti ħafna u għalhekk din il-kummissjoni li tiltaqa’ kull xaharejn, tieħu ħsieb il-ko-ordinament tal-pastorali mal-familja fil-parroċċa.  Mhux biss tipprovdi ċelebrazzjonijiet liturġiċi indirizzati għall-familja imma wkoll tieħu ħsieb il-laqgħat ta’ preparazzjoni għall-ġenituri u l-parrini li jkollhom trabi għall-magħmudija, il-laqgħat ta’ thejjija immedjata għaż-żwieġ, il-kors ta’ Kana u inizjattivi oħra.

P. Renald J. M. Lofreda O.Carm. President

Is-Sur Martin Duca - Chairperson

Is-Sinjuri R.Gauci

Is-Sinjuri C. Debono

Is-Sinjuri M. Duca

Is-Sinjuri V. Gouder


Kummissjoni Implimentazzjoni tas-Sinodu (KIS):

Din il-kummissjoni għandha l-għan li flimkien mal-kappillan tara li dak li jipproponi s-Sinodu Djoċesan isir fil-prattika fl-aspetti kollha tal-ħajja tal-parroċċa.  Hija din il-kummissjoni li flimkien mal-kappillan wara li tisma’ l-parir tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali, u wkoll tikkonsulta ruħha mal-kummissjonijiet l-oħra, tfassal il-Pjan Pastorali tal-parroċċa li jiġi approvat fl-Assemblea Parrokkjali.  L-istess kummissjon tieħu ħsieb ukoll li torganizza l-andament ta’ l-Assemblea Parrokkjali fl-aspetti kollha tagħha.

P. Renald J. M. Lofreda O.Carm. President

Mildred Falzon Chairperson

Jareth M Grima

Louis Cutajar

Emmanuel Axisa


 

Kummissjoni Djakonija:

Din il-kummissjoni għandha d-dmir li flimkien mal-kappillan tikkoordina l-ħidma tad-djakonija fil-parroċċa.  Il-kelma djakonija tfisser qadi.  L-għan ta’ din il-kummissjoni huwa li tidentifika s-sitwazzjonijiet ta’ tbatija fil-parroċċa u tagħmel mill-aħjar li tista’ biex tgħin.  L-għajnuna mhix biss dik materjali imma fuq kollox morali.

P. Renald J. M. Lofreda O.Carm. President

Mildred Falzon Chairperson

Ingrid Cutajar Segretarja

Moses Azzopardi

Lilian Plumpton

Mariella Zammit

Mary Debono

Irene Dalli


Kummissjoni Festa Esterna (agħfas hawn)

Ġiet imwaqqfa fil-parroċċa fl-1993 u għandha l-għan li tkun l-id il-leminija tal-kappillan jew il-prokuratur tal-festa fl-organizzazzjoni tal-festi esterni tal-Madonna tal-Karmnu.  Taħt ir-responsabiltà ta’ din il-kummissjoni jaqgħu l-armar tat-toroq, id-dawl tal-festa fit-toroq, il-permessi kollha tal-festa, in-nar ta’ l-art u ta’ l-ajru, l-insurances u l-baned mistiedna nhar il-festa. 

Fr. Renald Lofreda O Carm. - Prokuratur tal-Festa u Chairman tal-Kummissjoni

Ryan Bezzina - Vici Chairman

Kenneth Debono - Segretarju

Aldo Zerafa - Assistent Segretarju

Alvin Vassallo - Kaxxier

Adrian Camilleri - Assistent Kaxxier

Jason Lombardo - PRO

Anton Tanti - Delegat Armar

Adrian Vassallo - Assistent Delegat Armar u Direttur tal-Maħżen

Emmanuel Spiteri – Assistent Direttur tal-Mahzen

Marco Degiovanni - Delegat Nar

Alex Zammit - Assistent Delegat Nar

Christian Brincat - Arkivista u Rappreżentant KPP u Webmaster

Membri: 
Keith Hili
Malcolm Bezzina
Edward Mifsud
Mark Cristina



Kummissjoni Ġublew Parrokkjali 2010

Din twaqqfet bl-għan li tħejji u torganizza l-Ġublew Parrokkjali 2010 billi tfassal programm xieraq u wkoll tikkoordina l-andament taċ-ċelebrazzjonijiet tal-Ġublew Parrokkjali.  Hija magħmula minn persuni maħtura mill-kappillan li jirrappreżentaw lill-Kunsill Pastorali Parrokkjali, lill-Kummissjoni Festa Esterna, lill-għaqdiet li għandhom l-anniversarju marbut mal-Ġublew u membri oħra.  Kif jintemm il-Ġublew Parrokkjali, din il-kummissjoni tiġi xolta.

P.Renald J.M. Lofreda O.Carm. President u Chairperson

Is-Sur Alvin Vassallo Segretarju

Is-Sur Christian Brincat (Kunsill Pastorali Parrokkjali)

Is-Sur Ryan Bezzina (Kummissjoni Festa Esterna)

Is-Sur Omar Cassar (Ghaqda Socjali u Muzikali Madonna tal-Karmnu)

Is-Sur Jonathan Camilleri (Kummissjoni Zghazagh)

Is-Sur Michael Mizzi (Socjeta tal-Museum)

Is-Sur Richard Galea (Kateketika u Formazzjoni)

Is-Sur Nazzareno Farrugia (Liturgija)

Is-Sur Edward Mifsud (Għaqda Abbatini Karmelitani)


Uffiċjali tal-Parroċċa

Segretarjat Parrokkjali:

L-amministrazzjoni ta’ l-uffiċċju parrokkjali titlob ħafna ħin u dedikazzjoni.  Għaldaqstant ix-xogħol ta’ dan is-segretarjat parrokkjali huwa li jgħin lill-kappillan fil-ħidma amministrattiva.

Is-Sur Alvin Vassallo - Segretarju Parrokkjali 

Is-Sur Jareth Mark Grima - Ekonomu Parrokkjali

Is-Sur Edward Mifsud - Ceremonjier Parrokkjali

Is-Sur Louis Cutajar - Ufficcjal ghar-relazzjonijiet pubblici