13 ta’ Diċembru 2009 – 14 ta’ Diċembru 2010
SENA TA’ GRAZZJA

Għeżież parruċċani,
flimkien mal-Komunità Karmelitana u l-Kummissjoni Ġublew Parrokkjali 2010 għandi l-pjaċir nippreżentalkom dan il-programm ta’ ċelebrazzjonijiet kif ukoll ta’ opportunitajiet ta’ tagħlim u formazzjoni fl-okkażjoni tal-Ġublew Parrokkjali 2010. 

Minn dan il-messaġġ nixtieq inħeġġiġkom ħafna biex dan il-Ġublew inħalluh ikun sena ta’ grazzja fil-veru sens tal-kelma.  Mhux se jkun biss okkażjoni biex nagħmlu l-festi, se jkun fuq kollox okkażjoni għat-tiġdid spiritwali tagħna u tal-parroċċa.

L-2010 se tkun sena ta’ grazzja għaliex fiha se jkollna bosta okkażjonijiet li fihom mhux biss niġu flimkien biex niċċelebraw imma wkoll biex nitolbu u nisimgħu il-Kelma ta’ Alla u niffurmaw ruħna.

Għalhekk għeżież Fgurin, inħeġġiġkom biex tieħdu l-okkażjoni u tagħmlu l-almu tagħkom biex dan il-programm li għamilna GĦALINA LKOLL, napprofittaw minnu. 

  1. Se jkollna l-grazzja ta’ katekeżi mill-Mixja Neo-Katekumenali f’Jannar,
  2. Se jkollna l-grazzja ta’ katekeżi Marjana fi Frar,
  3. Se jkollna l-grazzja tal-Missjoni l-Kbira fil-parroċċa tagħna,
  4. Se jkollna l-grazzja tal-pellegrinaġġ bix-xbieha għażiża tal-kurċifiss u d-Duluri fil-Ġimgħa Mqaddsa,
  5. Se jkollna wkoll il-grazzja li jkollna fostna bosta isqfijiet Maltin u Għawdxin matul is-sena,
  6. Se jkollna wkoll il-grazzja ta’ Sajda Mużewmina f’Ġunju.
  7. Se jkollna wkoll il-grazzja tal-preżenza tar-relikwa ta’ San Ġorġ Preca fostna f’Settembru.

J’alla dan il-Ġublew ikun mezz li jkabbarna u jimmaturana spiritwalment u jressaqna aktar lejn il-Mulej, lejn Marija u lejn xulxin.

Il-Mulej ibierek lilkom ilkoll u lill-familji kollha tagħkom.

Rev. P. Renald J.M. Lofreda O.Carm. S.T.L
Kappillan

 

Programm Ġublew 2010

Novembru 2009

THEJJIJA U FTUĦ TAL-ĠUBLEW PARROKKJALI 2010

L-Erbgħa 18 ta’ Novembru:
Fis-6:00pm Adorazzjoni Ewkarsitika animata mill-Kunsill Pastorali Parrokkjali.
Fis-6:30pm Quddiesa b’ omelija minn Mons. Anton Gouder Pro Vigarju Ġenerali bħala thejjija għall-Ġublew.  Ikanta l-Kor Parrokkjali Infaħħru lil Marija.

L-Erbgħa 25 ta’ Novembru:
Fis-6:00pm Adorazzjoni Ewkarsitika animata mill-Grupp Kariżmatiku Marija ta’ Nazaret.
Fis-6:30pm Quddiesa b’ omelija minn Mons. Charles Cordina, Segretarju Pastorali bħala thejjija għall-Ġublew.  Ikanta l-Kor Flower of Carmel.

Diċembru 2009

L-Erbgħa 2 ta’ Diċembru:
Fis-6:00pm Adorazzjoni Ewkarsitika animata mill-KPAZ u l-Band taż-żgħażagħ.
Fis-6:30pm Quddiesa b’ omelija mir-Rev. P. Alexander Vella O.Carm bħala thejjija għall-Ġublew.  Ikantaw u janimaw il-liturġija l-Band taż-żgħażagħ flimkien mal-KPAZ.

L-Erbgħa 9 ta’ Diċembru:
Fis-6:00pm Adorazzjoni Ewkarsitika animata mill-Kummissjoni Liturġika Parrokkjali.
Fis-6:30pm Quddiesa b’ omelija mir-Rev. P. RenaldJ.M. Lofreda O.Carm. Kappillan bħala thejjija għall-Ġublew. 
Ikanta l-Kor Parrokkjali Infaħħru lil Marija.

Il-Ħadd 13 ta’Diċembru:  FTUĦ TAL-ĠUBLEW PARROKKJALI 2010

Fil-għodu l-Mobile Blood Donation Unit se jkun fil-parroċċa biex fil-bidu tal-Ġublew Parrokkjali nagħmlu att nobbli billi kull min jista’ jagħti d-demm.  Dan qed isir fuq inizjattiva ta’ l-Għaqda Abbatini Karmelitani tal-parroċċa.

Fis-6:00pm Għasar Solenni iċċelebrat mir-R.P. Renald J.M. Lofreda O.Carm. S.T.L Kappillan flimkien mal-Komunità Karmelitana.
Fis-6:30pm Konċelebrazzjoni Solenni mmexxija mill-W.R.P. Michael Farrugia O. Carm. JCD Pirjol Provinċjali flimkien mal-Kunisll Provinċjali, l-Komunità Karmelitana u l-kappillani ta’ l-Unità Pastorali li permezz tagħha jinfetaħ uffiċċjalment il-Ġublew Parrokkjali.  Jieħdu sehem l-għaqdiet kollha reliġjużi u soċjali tal-parroċċa.  Janimaw iċ-ċelebrazzjoni l-għaqdiet li għandhom l-anniversarji:  il-Qasam tal-Museum tas-subien, l-Għaqda Abbatini Karmelitani, l-Għaqda Soċjali u Mużikali Madonna tal-Karmnu u l-Kummissjoni Żgħażagħ.
Jiżżanżan l-innu ġdid f’għeluq il-50 sena tal-vara titulari. Versi tar-Rev. P. Alexander Vella O.Carm u mużika ta’ Chev. Vincent Bonnici.

 

It-Tnejn 14 ta’ Diċembru:  ANNIVERSARJU TAL-MIĠJA TAL-KARMELITANI FIL-FGURA
Fis-6:00pm Adorazzjoni Ewkaristika animata mill-Komunità Karmelitana.
Fis-6:30pm Quddiesa konċelebrata mmexxija mill-Pirjol ir-Rev. Hermann Duncan O.Carm flimkien mal-Komunità Karmelitana.

L-Erbgħa 16 ta’ Diċembru:  Laqgħa għaż-Żgħażagħ tal-parroċċa fiċ-Ċentru Parrokkjali fit-8:00pm.  Imexxi r-Rev. P. Joe Giuliano OFM cap.

L-Erbgħa 23 ta’ Diċembru:  L-24 VESTIZZJONI SOLENNI TA’ L-ABBATINI
Fis-6:30pm Quddiesa bil-vestizzjoni ta’ l-abbatini mmexxija mir-Rev. P. Renald J.M. Lofreda O.Carm S.T.L Kappillan u Direttur ta’ l-abbatini flimkien mal-komunità Karmelitana bħala bidu taċ-ċelebrazzjonijiet tal-25 Vestizzjoni Solenni.

Jannar 2010

L-20 ANNIVERSARJU TAD-DEDIKAZZJONI TAL-KNISJA U JIEM TA’ ADORAZZJONI SOLENNI

L-Erbgħa 27 ta’ Jannar:   L-Ewwel Jum tat-Tridu
Fis-6:00pm Għasar kantat immexxi mir-Rev. P. Daniel Galea O.Carm.
Fis-6:30pm Quddiesa kantata bl-omelija.  Jiċċelebra r-Rev. P. Renald J.M. Lofreda O.Carm. Kappillan.
Wara tibda l-espożizzjoni solenni sat-8:15pm.

Il-Ħamis 28 ta’ Jannar:  It-Tieni Jum tat-Tridu
Wara l-quddiesa tat-8:30am tkompli l-espożizzjoni solenni sa l-10:00am.
Fil-5:00pm tkompli l-espożizzjoni solenni.
Fis-6:00pm Għasar kantat immexxi mir-Rev. P. Adrian Cassar Pulis O.Carm Sotto Pirjol
Fis-6:30pm Quddiesa kantata bl-omelija.  Jiċċelebra r-Rev. P. Maurice Abela O.Carm. Kappillan tal-Balluta.
Wara tkompli l-espożizzjoni solenni sat-8:15pm.

Il-Ġimgħa 29 ta’ Jannar:  It-Tielet Jum tat-Tridu
Wara l-quddiesa tat-8:30am tkompli l-espożizzjoni solenni sa l-10:00am.
Fil-5:00pm tkompli l-espożizzjoni solenni.
Fis-6:00pm Għasar kantat immexxi mir-Rev. P. Hermann Duncan O.Carm. Pirjol
Fis-6:30pm Quddiesa kantata bl-omelija.  Jiċċelebra r-Rev. P. Joseph Saliba O.Carm Kappillan tal-Fleur-de-Lys.
Wara tkompli l-espożizzjoni solenni sad-9:00pm.

Is-Sibt 30 ta’ Jannar:  Għeluq ta’ l-Adorazzjoni Solenni
Wara l-quddiesa tat-8:30am tkompli l-espożizzjoni solenni sa l-10:00am.
Fil-4:30pm tkompli l-espożizzjoni solenni.
Fil-5:00pm L-I Għasar Solenni tad-Dedikazzjoni tal-Knisja.  Jiċċelebra r-Rev. P. Renald J.M. Lofreda O.Carm. S.T.L. Kappillan.
Fis-6:30pm Quddiesa kantata bl-omelija mmexxija mill-W.R.P. Michael Farrugia O.Carm JCD Provinċjal flimkien mal-Komunità Karmelitana.  Fl-aħħar tal-quddiesa ssir purċissjoni bl-Ewkaristija fil-knisja, konsagrazzjoni lill-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù u Barka Sagramentali.

Il-Ħadd 31 ta’ Jannar:  Solennità ta’ l-20 Anniversarju mid-Dedikazzjoni tal-Knisja. 
Fil-5:45pm  It-II Għasar Solenni mmexxi mir-Rev. P. Hermann Duncan O.Carm Pirjol.
Fis-6:20pm  Nilqgħu fostna lill-E.T. Mons. Ġużeppi Mercieca Arċisqof Emeritus ta’ Malta.
Fis-6:30pm Quddiesa Pontifikali mmexxija mill-E.T. Mons. Ġużeppi Mercieca flimkien mal-Komunità Karmelitana u l-Provinċja Karmelitana Maltija.  Jieħdu sehem l-għaqdiet reliġjużi u soċjali kollha tal-parroċċa.

FRAR 2010
KATEKEŻI MARJANA
Nagħrfu lil Ġesù permezz ta’ Marija
Matul ix-xahar ta’ Frar, kull nhar ta’ Tnejn u nhar ta’ Ġimgħa se jsiru laqgħat ta’ talb u konferenza dwar il-Madonna minn kelliema differenti.
Ħin:  Fis-7:00pm
Post:  Sala San Ġorġ Preca

  • It-Tnejn 1 ta’ Frar:  Marija fil-kitbiet tal-Papiet – Mons. Anton Gouder M.S.Th, Pro-Vigarju Ġenerali.
  • Il-Ġimgħa 5 ta’ Frar:  Marija fil-Ġdid Testment – Kan. Karm Attard B.A. Lic D
  • It-Tnejn 8 ta’ Frar:  Kif iħarsu lejn Marija l-Ortodossi u l-Protestanti – Rev. Hector Scerri.
  • Il-Ġimgħa 12 ta’ Frar: Simboliżmu u xbihat ta’ Marija fl-Antik Testment. – Kan. Karm Attard. B.A. Lic D
  • It-Tnejn 15 ta’ Frar:  Marija Kewkba ta’ l-Evanġelizzazzjoni.- Rev. Dun Pawl Fenech.
  • Il-Ġimgħa 19 ta’ Frar:  Marija fl-Ispiritwalità Karmelitana.- Rev. Ivan Scicluna O.Carm. S.T.L
  • It-Tnejn 22 ta’ Frar:  Id-dehriet tal-Madonna u l-Messaġġ tagħhom.- Rev. P. Klement Azzopardi O.C.D.
  • Il-Ġimgħa 26 ta’ Frar:  Il-Movimenti Marjani u l-kariżma tagħhom.- Is-Sur Joe Farrugia. Delegat ta’ l-Arċisqof għall-Lajċi.

 

Marzu 2010
            WEEKEND DWAR IL-VOKAZZJONI MUŻEWMINA

Is-Sibt 6 u l-Ħadd 7: 
F’kull quddiesa ta’ dan il-weekend il-membri tal-Museum tas-subien se jagħmlu preżentazzjoni dwar il-vokazzjoni Mużewmina.  Se ssir ukoll esibizzjoni żgħira fil-Knisja Parrokkjali. 

PELLEGRINAĠĠ PENITENZJALI BIX-XBIEHA TAL-KURĊIFISS U TA’ MARIJA ADDOLORATA
It-Tlieta 30 ta’ Marzu

Fis-6:00pm Talb quddiem ir-relikwa tas-Salib Imqaddes esposta solennement.
Fis-6:30pm Quddiesa konċelebrata mmexxija mill-E.T. Mons. Ġużeppi Mercieca, Arċisqof Emeritus ta’ Malta flimkien mal-Komunità Karmelitana.
Fis-7:15pm  Pellegrinaġġ Penitenzjali bix-xbieha tal-kurċifiss ta’ Wistin Camilleri Cauchi meqjum fis-sagristija tal-parroċċa u l-istatwa ta’ Marija Addolorta immexxi  mill-E.T. Mons. Ġużeppi Mercieca mit-toroq:  Hompesch, Wesgħa Kunsill ta’ l-Ewropa, Vjal Kottoner, Triq Cospicua, Triq Hompesch għall-Knisja Parrokkjali.  Fuq iz-zuntier tal-knisja tingħata l-barka sagramentali.

April 2010

ĠUBLEW TA’ L-ORDINAZZJONI PRESBITERALI

It-Tnejn 5 t’ April:  ĊELEBRAZZJONI TAL-50 ANNIVERSARJU MILL-ORDINAZZJONI PRESBITERALI TA’ P. MAWRIZJU MIZZI O. CARM.
Fis-6:00pm Għasar kantat ta’ l-Ottava ta’ l-Għid.
Fis-6:30pm Konċelebrazzjoni Solenni mmexxija mir-Rev. P. Mawrizju Mizzi O.Carm flimkien mal-Komunità Karmelitana f’għeluq il-50 sena mill-ordinazzjoni presbiterali tiegħu.

L-ERBGĦAT TAL-MADONNA TAL-KARMNU

7,14, 21,28 t’April

L-Erbgħa 7 t’ April: L-Ewwel Erbgħa
Fis-6:00pm Għasar kantat
Fis-6:30pm Quddiesa konċelebrata mmexxija mill-W.R.P.Sandro Overend OFM Ministru Provinċjal ta’ l-Ordni ta’ l-Aħwa Franġiskani Minuri flimkien mar-reliġjużi tal-Provinċja Franġiskana Minuri.
Ċelebrazzjoni Marjana u Barka Sagramentali.
Mistiedna speċjali r-residenti ta’ Triq is-Sur, Triq il-Kitba, Triq it-Tagħlim, Triq il-Buqexrem, Triq l-14 ta’ Diċembru, Triq ir-Rużżell, Triq Antonio u Maria Cumbo, Triq it-Teknoloġija Moderna, Triq Blondell, Triq Kampanella, Triq Cospicua, Triq A.M Valperga, Triq Lorry Sant u Triq Sigismondo Savona.

L-Erbgħa 14 t’ April:  It-Tieni Erbgħa
Fis-6:00pm Għasar kantat.
Fis-6:30pm Quddiesa konċelebrata mmexxija mill-W.R.P.Joe Alessandro OFM Cap Ministru Provinċjal ta’ l-Ordni ta’l-Aħwa Franġiskani Kapuċċini flimkien mar-reliġjużi tal-Provinċja Franġiskana Kapuċċina.
Ċelebrazzjoni Marjana u Barka Sagramentali.
Mistiedna Speċjali r-residenti ta’ Triq il-Koppla, Triq l-Isturnell, Triq is-26 ta’ Marzu, Triq is-Sejba Punika, Triq Kent, Triq Mater Boni Consili, Triq il-Ħuttafa, Triq il-Pluviera, Triq San Mikiel, Triq San Pietru, Triq ir-Riħan, Sqaq il-Koppla, Sqaq Rjallu u Triq il-Ġiżi, Pjazza Redent Gauci, Triq Pace u Grasso, Triq Dun Ġorġ Preca, Triq Garcia Lorca, Pjazza Giacomo Matteotti u Triq Emilio Camilleri.

 

L-Erbgħa 21 t’ April:  It-Tielet Erbgħa
Fis-6:00pm Għasar kantat.
Fis-6:30pm Quddiesa konċelebrata mmexxija mill-W.R.P. Paul Gatt O.P. Pirjol Provinċjali ta’ l-Ordni tal-Predikaturi flimkien mar-reliġjużi tal-Provinċja Dumnikana.
Ċelebrazzjoni Marjana u Barka Sagramentali.
Mistiedna Speċjali r-residenti ta’ Triq Merħba, Triq San Xmun, Triq l-14 ta’Diċembru, Triq in-Niġem, Triq il-Karmnu, Triq ix-Xemx u l-Qamar, Triq Mahatma Gandhi, Triq Martin Luther King, Triq is-Summiena, Triq il-Pitirross, Triq l-Għasfur tal-Bejt u Triq il-Ġojjin.

 

Il-Gimgha 23 u s-Sibt 24 t' April: 

Fuq stedina tal-Kummissjoni Gublew Parrokkjali 2010 il-Kumpanija Teatrali Luliana fi hdan is-Sezzjoni Zghazagh ta' l-Ghaqda Karmelitana Banda Queen Victoria taz-Zurrieq itella' d-Dramm SLIEM GHALIK.
Post:  Sala ta' l-iskola Primarja tal-Fgura
Hin:  7:30pm

L-Erbgħa 28 t’ April: Ir-Raba’ Erbgħa
Fis-6:00pm Għasar kantat.
Fis-6:30pm Quddiesa konċelebrata mmexxija mill-W.R.P. Samwel Chetcuti, Ministru Provinċjal ta’ l-Ordni ta’ l-Aħwa Franġiskani Konventwali flimkien mar-reliġjużi tal-Provinċja Franġiskana Konventwali.
Ċelebrazzjoni Marjana u Barka Sagramentali.
Mistiedna Speċjali r-residenti ta’Vjal Kottoner, Triq Mondion, Triq Baldassare Lanci, Triq Romano Carapecchia, Triq il-Gardjola, Triq l-Aldebaran, Triq William Lassell, Triq Vincenzo Maculano, Triq il-Bieb, Triq il-Foss, Triq tal-Gallu, Triq Amabile Sisner, Triq il-Misk, Triq il-Pepprin, Triq Wistin Levanzin, Triq San Ġwann, Wesgħa Ġużeppi Gauci, Triq Sant’ Antnin, Triq l-Iskola, Triq Titu Brandsma, Triq Louis Scicluna, Triq San Elija, Triq tal-Klerku u Triq il-Grawwa.

 

FESTIVAL TA’ KORIJIET TAT-TFAL U Ż-ŻGĦAŻAGĦ
L-Għaqda Abbatini Karmelitani Fgura
fl-okkażjoni tal-25 Vestizzjoni Solenni

Il-Ġimgħa 30 t’ April:  Fis-7:15pm Festival tal-korijiet tat-tfal u żgħażagħ organizzat mill-Għaqda Abbatini Karmelitani.  Jieħdu sehem il-Kor Flower of Carmel, il-Chorus Carmeli ta’ Santa Venera u l-Kor tat-tfal tal-parroċċa tal-Madonna tal-Karmnu tal-Gżira.

Mejju 2010

L-ERBGĦAT TAL-MADONNA TAL-KARMNU

5,12 ta’ Mejju

L-Erbgħa 5 ta’ Mejju:  Il-Ħames Erbgħa
Fis-6:00pm Għasar kantat.
Fis-6:30pm Quddiesa konċelebrata mmexxija mill-W.R.P. Paul Pace S.J. Provinċjal tal-Ġiżwiti flimkien mar-reliġjużi tal-Provinċja tal-Ġiżwiti.
Ċelebrazzjoni Marjana u Barka Sagramentali.
Mistiedna Speċjali r-residenti ta’ Triq Karmelitani, Triq Liedna, Triq l-Għollieq, Triq il-Ġeranju, Triq Ward ix-Xemx, Triq il-Qronfol, Triq Ċensu Busuttil, Triq Sardinella, Triq Ġiżimina, Triq George Stevens, Wesgħa Reggie Miller, Triq Anġlu u Marianna Camilleri, Wesgħa Kunsill ta’ l-Ewropa, Triq Zabbar u Triq Hompesch,

L-Erbgħa 12 ta’ Mejju:  Is-Sitt Erbgħa
Fis-6:00pm Għasar kantat.
Fis-6:30pm Quddiesa konċelebrata mmexxija mill-W.R.P. Luċjan Borg OSA Pirjol Provinċjali ta’ l-Agostinjani flimkien mar-reliġjużi tal-Provinċja Agostinjana. 
Ċelebrazzjoni Marjana u Barka Sagramentali.
Mistiedna Speċjali r-residenti ta’ Triq Kuluvert, Triq Falkunier, Triq l-Għarnuq, Triq id-Dejma, Triq Velleran, Triq Venewwa, Triq Mary Carter, Triq ir-Rgħajja, Triq Olaf Palme u Triq il-Pellikani.

Mit-Tnejn 17 sal-Hadd 23 ta' Mejju:  Wirja Marjana fil-każin tal-banda organizzata mill-Għaqda Mużikali u Soċjali Madonna tal-Karmnu. 

L-AĦĦAR ERBGĦA TAL-MADONNA TAL-KARMNU

L-Erbgħa 19 ta’ Mejju

Fis-6:30pm Quddiesa Pontifikali ta’ l-Aħħar Erbgħa mmexxija mill-E.T. Mons. Tommaso Caputo Nunzju Appostoliku għal Malta u l-Libja flimkien mal-Komunità Karmelitana fuq iz-zuntier tal-Knisja fil-preżenza ta’ l-istatwa titulari tal- Madonna tal-Karmnu.
Pellegrinaġġ bl-istatwa titulari tal-Madonna tal-Karmnu li jgħaddi mit-toroq Hompesch, Sur, A.M. Valperga, George Stevens, Karmelitani, Hompesch għall-Knisja fejn fuq iz-zuntier tingħata l-barka sagramentali.

Ġunju 2010

SAJDA MUŻEWMINA

Mit-8 sat-18 ta’ Ġunju: 
Sajda Mużewmina organizzata mill-Qasam tal-Museum tas-Subien tal-Fgura

Mit-Tlieta 8 sal-Ħamis 10:  TRIDU TAL-QALB IMQADDSA TA’ ĠESÙ
Fis-6:00pm Adorazzjoni Ewkaristika
Fis-6:30pm Quddiesa bl-omelija tat-tridu.

Il-Ġimgħa 11 ta’ Ġunju: SOLENNITÀ TAL-QALB IMQADDSA TA’ ĠESÙ.
Wara l-quddiesa tat-8:30am Adorazzjoni fis-skiet sa l-10:00am.
Fil-5:00pm Adorazzjoni fis-skiet
Fis-6:00pm Għasar Solenni mmexxi mir-Rev.P. Renald J.M.Lofreda O.Carm S.T.L Kappillan.
Fis-6:30pm Konċelebrazzjoni solenni mmexxija mill-W.R.P. Michael Farrugia O.Carm Pirjol Provinċjali.
Purċissjoni Ewkaristika mit-toroq Hompesch, San Tumas, Merħba, San Xmun, 14 ta’ Diċembru, Karmnu, Hompesch sal-knisja.
Fuq iz-zuntier isir l-Att ta’ Konsagrazzjoni lill-Qalb ta’ Ġesù u tingħata l-barka sagramentali.

Lulju 2010

FESTA TAL-MADONNA TAL-KARMNU
Thejjija Spiritwali

Il-Ħamis 1 ta’ Lulju:  Lejl Ewkaristiku ta’ Thejjija għall-Festa

Wara l-quddiesa tas-6:30pm tibda l-espożizzjoni solenni ta’ Ġesù Ewkaristija li tibqa’ sejra matul il-lejl kollu.
Ikun hemm ħinijiet ta’ adorazzjoni fis-skiet u oħrajn b’talb u kant organizzat minn għaqdiet u gruppi differenti tal-parroċċa.

Il-Ġimgħa 2 ta’ Lulju: L-Ewwel Ġimgħa tax-xahar
Fit-8:00pm Quddiesa b’talb ta’ fejqan fuq iz-zuntier tal-knisja animata minn Dr. John.

Il-Hadd 4 ta' Lulju:  Ftuħ ta' wirja dwar l-Għaqda Mużikali u Soċjali Madonna tal-Karmnu fl-okkazjoni tal-25 sena mit-twaqqif tagħha. 

Is-Sibt 17 ta’ Lulju:
Fis-6:30pm Quddiesa ċċelebrata mir-Rev. P. Renald J.M.Lofreda O.Carm. S.T.L Kappillan b’suffraġju għall-mejtin tal-Familja Cumbo, benefatturi tal-vara titulari tal-Madonna tal-Karmnu.  Mistiedna speċjali r-reffiegħa tal-vara li jingħataw il-mandat uffiċċjalment.

It-Tnejn 19 ta’ Lulju:
Fis-6:00pm Rużarju Meditat animat mill-Moviment Madonna ta’ Fatima.
Fis-6:30pm Quddiesa animata mill-Grupp Kariżmatiku Marija ta’ Nazaret.

It-Tlieta 20 ta’ Lulju:  Solennità ta’ San Elija Profeta
Fis-6:00pm Għasar Kantat immexxi mir-Rev. P. Ivan Scicluna O.Carm. S.T.L.
Fis-6:30pm Quddiesa animata mill-Qasam tal-Museum tas-subien.  Jiċċelebra r- Rev. P. Ivan Scicluna O.Carm. S.T.L.

ĊELEBRAZZJONIJIET TAL-FESTA

L-Erbgħa 21 ta’ Lulju: L-Ewwel Salve u tħabbira tan-novena.
F’nofsinhar il-qniepen tal-parroċċa jħabbru l-bidu tan-novena tal-festa.
Fis-6:30pm Quddiesa bil-kant immexxija mir-Rev. P.Charles Mallia O.Carm Pirjol flimkien mal-Komunità tal-Knisja l-Qadima ta’ Santa Venera. Ikanta l-Kor Flower of Carmel. 
L-ewwel funzjoni tas-Salve u ċelebrazzjoni Ewkaristika.

Il-Ħamis 22 ta’ Lulju: Bidu tan-Novena u Ħruġ tal-vara min-niċċa.
Fis-6:00pm it-tfal tal-parroċċa jibdew mixja ferrieħa bl-istatwa ż-żgħira tal-Madonna tal-Karmnu minn Wesgħa George Stevens, għat-toroq George Stevens, A.M. Valperga, Karmelitani, Hompesch għall-Knisja Parrokkjali.

Fis-6:30pm Quddiesa tan-novena bis-sehem tat-tfal, animata mill-Kor Flower of Carmel u s-Soċjetà tal-Museum.  Iqaddes ir-Rev. P. Renald J.M.Lofreda O. Carm S.T.L. Kappillan.

Wara l-quddiesa jsir il-ħruġ ta’ l-istatwa titulari tal-Madonna tal-Karmnu min-niċċa. 

Il-Ġimgħa 23 ta’ LuljuIt-Tieni Jum tan-Novena:  Jum il-Vokazzjonijiet Reliġjużi u Saċerdotali.
Fis-6:00pm Adorazzjoni Ewkaristika b’talb għall-vokazzjonijiet animata mill-abbatini flimkien mal-Kor Flower of Carmel.

Fis-6:30pm Quddiesa konċelebrata tan-novena mir-Rev. P. Joseph Saliba O.Carm. Pirjol u Kappillan tal-Fleur-de-Lys flimkien mal-Komunità Karmelitana tal-Fleur-de- Lys u s-saċerdoti u reliġjużi li huma mill-parroċċa tal-Fgura.    Janimaw iċ-ċelebrazzjoni l-Għaqda Abbatini Karmelitani.
Fl-aħħar issir il-funzjoni tas-Salve u tingħata l-barka sagramentali.

Is-Sibt 24 ta' Lulju:  Il-25 Anniversarju mill-ewwel laqgħa tal-Kumitat tal-Banda.
Fit-8:00pm Inawgurazzjoni ta' l-arkivju l-ġdid tal-banda fil-każin waqt riċeviment ta' l-okkazjoni.

Is-Sibt 24 ta’ Lulju:  It-Tielet Jum tan-Novena:  Jum il-Ministeri u d-Djakonija.
Fis-6:30pm Quddiesa konċelebrata tan-novena mmexxija E.T. Mons. Nikol Cauchi, Isqof Emeritus ta’ Għawdex bis-sehem tal-letturi, animaturi, ministri straordinarji tat-tqarbin u dawk impenjati fid-djakonija fil-parroċċa.  Isir it-tiġdid tal-mandati lill-letturi u l-ministri straordinarji tat-tqarbin.
Fl-aħħar issir il-funzjoni tas-Salve u tingħata l-barka sagramentali.

Il-Ħadd 25 ta’ Lulju:  Ir-Raba Jum tan-Novena:  Jum iż-Żgħażagħ u l-Organizzaturi tal-Festa.
Fil-11:00am Quddiesa animata miż-żgħażagħ flimkien mal-KPAZ u l-Band taż-żgħażagħ bis-sehem tal-Kummissjoni Festa Esterna.
Fis-6:00pm Għasar kantat.  Imexxi r-Rev. P. Mawrizju Mizzi O.Carm.
Fis-6:30pm Quddiesa konċelebrata tan-novena mmexxija mir-Rev. P. Alexander Vella O.Carm. Pirjol tal-kunvent ta’ l-Imdina flimkien mal-Komunità Karmelitana ta’ l-Imdina.  Tieħu sehem l-Għaqda Soċjali u Mużikali Madonna tal-Karmnu flimkien mal-Kummissjoni Żgħażagħ bħala ringrazzjament għall-għeluq l-20 sena ħidma.
Fl-aħħar issir il-funzjoni tas-Salve u tingħata l-barka sagramentali.

It-Tnejn 26 ta’ Lulju:  Il-Ħames Jum tan-Novena:  Jum il-Komunità Parrokkjali u l-Benefatturi tal-Parroċċa.
Fis-6:00pm  Għasar Kantat.  Imexxi r-Rev. Hermann Duncan O.Carm. Pirjol.
Fis-6:30pm  Quddiesa konċelebrata tan-novena mmexxija mir-Rev. P. Martin D. Schembri Pirjol flimkien mal-Komunità tas-Santwarju Bażilika tal-Madonna tal-Karmnu tal-Belt Valletta.
 Fl-aħħar issir il-funzjoni tas-Salve u tingħata l-barka sagramentali.

It-Tlieta 27 ta’ Lulju:  Is-Sitt Jum tan-Novena:  Jum il-Familja
Fis-6:00pm Għasar kantat.  Imexxi r-Rev. P. Adrian Cassar Pulis O.Carm Sotto Pirjol.
Fis-6:30pm Quddiesa konċelebrata tan-novena mmexxija mir-Rev. P. Anthony Cilia O.Carm, Assistent Provinċjal u Pirjol tal-kunvent tal-Balluta flimkien mal-Komunità Karmelitana tal-Balluta.  Mistiedna b’mod partikulari dawk il-koppji li kellhom tarbija mill-aħħar festa ‘l hawn.  Fl-aħħar tal-quddiesa ssir il-preżentazzjoni tat-trabi lill-Madonna tal-Karmnu u l-kitba fil-labtu.

L-Erbgħa 28 ta’ Lulju:  Is-Seba’ Jum tan-Novena:  Jum it-Terz’ Ordni Karmelitan u l-Għaqdiet Marjani tal-Parroċċa.
Fis-6:00pm Għasar kantat.  Imexxi r-Rev. P. Ivan Scicluna O.Carm.
Fis-6:30pm Quddiesa konċelebrata tan-novena mmexxija mill-E.T. Mons. Francis Adeodat Micallef  Isqof Emeritus tal-Kuwait flimkien mal-Komunità Karmelitana.   Jieħdu sehem u janimnaw it-Terzjari Karmelitani u l-Għaqdiet Marjani tal-parroċċa.
Fl-aħħar issir il-funzjoni tas-Salve u tingħata l-barka sagramentali.

Il-Ħamis 29 ta’ Lulju:  It-Tmien Jum tan-Novena:  Jum il-Morda u l-Anzjani
Fid-9:30am Quddiesa għall-morda u l-anzjani li fiha jiġi amministrat is-sagrament tal-Griżma tal-Morda minn Mons. Victor Grech, Direttur tal-Caritas Malta.
Wara l-anzjani jkollhom refreshments fis-Sala Parrokkjali.

Fis-6:00pm Għasar kantat.  Imexxi r-Rev. P. Daniel Galea O.Carm.
Fis-6:30pm Quddiesa konċelebrata tan-novena mmexxija mir-Rev. P. Raymond Calleja O.Carm Pirjol flimkien mal-Komunità Karmelitana tal-Knisja Parrokkjali ta’ Santa Venera.  Fl-aħħar issir il-funzjoni tas-Salve u tingħata l-barka sagramentali.

Il-Ġimgħa 30 ta’ Lulju:  L-Aħħar Jum tan-Novena
Fis-6:00pm Għasar Solenni.  Imexxi r-Rev. P. Renald J.M. Lofreda O.Carm S.T.L Kappillan.
Fis-6:30pm Quddiesa Pontifikali ta’ l-aħħar tan-novena b’radd il-ħajr lil Alla għall-anniversarji kollha li qed niċċelebraw fil-Ġublew Parrokkjali.  Imexxi ċ-ċelebrazzjoni l-E.T. Mons. Mario Grech Isqof ta’ Għawdex flimkien mal-komunità Karmelitana u l-presbiterji parrokkjali ta’ Ħaż-Żabbar u Wied il-Għajn bis-sehem tal-korijiet tat-tliet parroċċi.

Fl-aħħar issir il-funzjoni tas-Salve u tingħata l-barka sagramentali.
Jieħdu sehem il-Kunsill Pastorali Parrokkjali u l-Kunsill Lokali flimkien ma’ l-Għaqdiet kollha reliġjużi u soċjali tal-parroċċa.

Is-Sibt 31 ta’ Lulju:  Lejliet il-Festa
Fit-8:30am Quddiesa kantata b’sufraġġju għal dawk li l-Mulej sejjħilhom għal għandu mill-aħħar festa ‘l hawn.  Fl-aħħar tal-quddiesa jitkanta t-Te Deum.  Jiċċelebra l-quddiesa r-Rev. P. Mawrizju Mizzi O.Carm.

Fis-6:00pm Quddiesa ċċelebrata mir-Rev. P. Ivan Scicluna O.Carm. S.T.L.

Fis-7:00pm Translazzjoni Solenni tar-relikwa mill-Museum tas-subien fi Triq il-Karmelitani għal Triq Kampanella, Sur, Wesgħa Kunsill ta’ l-Ewropa, Vjal Kottoner, Cospicua, Hompesch għall-Knisja Parrokkjali mmexxija mill- W.R.P. Michael Farrugia O.Carm. JCD Pirjol Provinċjali bis-sehem tal-Komunità Karmelitana, il-bażilika tal-Karmnu tal-Belt Valletta, it-Terzjarji, l-abbatini u l-fratellanza tal-Madonna tal-Karmnu taż-Żurrieq. Jakkumpanjaw it-translazzjoni il-Kor Flower of Carmel b’ innijiet Marjani flimkien mal-Kavallerija tal-Korp tal-Pulizija u l-Iscouts u l-Girl Guides tal-Fgura.

Mad-dħul fil-knisja titkanta l-antifona Flos Carmeli, u ssir ċelebrazzjoni ta’ l-Ewwel Għasar Solenni u tingħata l-Barka Sagramentali.

Il-Ħadd 1 t’ Awwissu:  Jum il-Festa tal-Madonna tal-Karmnu fil-Parroċċa

Fis-6:00am Quddiesa mir-Rev. P. Adrian Cassar Pulis O.Carm Sotto Pirjol
Fis-7:00am Quddiesa mir-Rev. P. Ivan Scicluna O.Carm. fiċ-Ċentru Pastorali.
Fis-7:00am  Quddiesa mir-Rev. Mawrizju Mizzi O.Carm.
Fit-8:00am. Quddiesa mir-Rev. P. Hermann Duncan O.Carm Pirjol.
Fid-9:00am Quddiesa Solenni tal-festa mmexxija mir-Rev. P. Renald J.M. Lofreda O.Carm  S.T.L Kappillan flimkien mal-komunita Karmelitana.  Jinseġ il-paniġierku r-Rev. Mons. Carm Refalo Arċipriet tax-Xagħra.  Jieħdu sehem il-Kunsill Pastorali Parrokkjali u l-Kunsill Lokali flimkien ma’ l-Għaqdiet kollha reliġjużi u soċjali tal-parroċċa.
Fl-aħħar tal-quddiesa jingħata Ġieh il-Parroċċa. 

Fil-11:00am Quddiesa mir-Rev. P. Daniel Galea O.Carm.

Fis-6:00pm It-Tieni Għasar Solenni mmexxi mill-W.R.P. Michael Farrugia O.Carm. JCD Pirjol Provinċjali flimkien mal-Komunità Karmelitana.

Fis-6:30pm Quddiesa bil-kant immexxija mir-Rev. P. Martin D. Schembri O.Carm. Kunsillier Provinċjali u Pirjol tas-Santwarju Bażilika tal-Madonna tal-Karmnu fil-Belt Valletta.

Fis-7:15pm Purċissjoni Solenni bl-istatwa titulari tal-Madonna tal-Karmnu mmexxija mill-W.R.P. Michael Farrugia O.Carm. JCD Pirjol Provinċjali flimkien mal-Komunità Karmelitana, bis-sehem tal-bażilka tal-Karmnu tal-Belt Valletta.  Mal-ħruġ tal-vara tingħata tislima lill-Madonna bid-daqq ta’ l-Ave Maria u l-Innu tal-Parroċċa.  Malli l-vara tasal fi Triq Hompesch il-vara tkun akkumpnajta mill-banda u l-kant ta’ l-innijiet Marjani.  Fid-dħul issir ċelebrazzjoni Marjana fuq iz-zuntier u tislima lill-Madonna bl-innijiet.

Fl-10:30pm Dħul tal-vara fil-knisja.  Kant ta’ l-antifona Flos Carmeli, ċelebrazzjoni Ewkaristika u kant ta’ l-Innu tal-Parroċċa.

L-Erbgħa 4 t’ Awwissu: 
Fis-6:30pm Quddiesa ta’ radd il-ħajr wara l-festa tal-parroċċa bis-sehem tal-Kummissjoni Festa Esterna 16 ta’ Lulju u l-Għaqda Soċjali u Mużikali Madonna tal-Karmnu. 

Settembru 2010

ĊELEBRAZZJONI TAL-50 SENA MIT-TWAQQIF TAL-QASAM TAL-MUSEUM TAS-SUBIEN FIL-FGURA

L-Erbgħa 29 ta’ Settembru:  Fis-5:30pm Nilqgħu ir-relikwa tat-tubu tad-demm ta’ San Ġorġ Preca fiċ-Ċentru Pastorali ta’ Triq il-Liedna u hemmhekk issir ċelebrazzjoni ta’ l-għasar.
Fis-6:00pm Translazzjoni solenni tar-relikwa ta’ San Ġorġ Preca miċ-Ċentru Pastorali għal Triq il-Liedna, Wesgħa Reggie Miller għall-Knisja Parrokkjali 
Fis-6:30pm  Quddiesa konċelebrata mill-Komunità Karmelitana.  Imexxi l-funzjoni r-Rev. P. Alexander Scerri O.Carm Kappillan ta’ Santa Venera.

Il-Ħamis 30 ta’ Settembru: 
ILLUM IR-RELIKWA TA’ SAN ĠORĠ PRECA TIBQA’ ESPOSTA FIL-KNISJA L-JUM KOLLU GĦALL-QIMA TAGĦNA.

Fl-10:00am Quddiesa għall-anzjani u l-morda tal-parroċċa mir-Rev. Dun Ġużepp Sultana.

Fis-6:00pm Għasar Solenni mmexxi mir-Rev. P. Renald J.M. Lofreda O.Carm. S. T.L Kappillan.
Fis-6:30pm Quddiesa solenni ta’ radd il-ħajr lil Alla f’ għeluq il-ħamsin sena mit-twaqqif tal-qasam tal-Museum tas-subien fil-Fgura.  Jiċċelebra Mons. Lawrence Gatt Kanċillier u Assistent Ekkleżjastiku għas-Soċjetà tal-Museum flimkien mal-Komunità Karmelitana.

 

Ottubru 2010

Mit-Tnejn 4 sal-Ħadd 10 t’ Ottubru:  Wirja ta’ arti sagra fis-Sala San Ġorġ Preca imtella’ mill-Kummissjoni Festa Esterna 16 ta’ Lulju Fgura.

L-AĦĦAR DEHRA TAL-MADONNA ĠEWWA FATIMA

Is-Sibt 9 t’ Ottubru:  Ċelebrazzjoni u Manifestazzjoni Marjana organizzata mill-Għaqda Abbatini Karmelitani fl-okkażjoni tal-25 Vestizzjoni Solenni.  Mistiedna l-abbatini tal-parroċċi u l-knejjes Karmelitani, l-abbatini ta’ l-Unità Pastorali u l-abbatini tal-parroċċi ddedikati lill-Madonna.
Fl-10:00am Tibda ċ-ċelebrazzjoni fil-Knisja Parrokkjali bis-sehem tal-Kor Flower of Carmel u l-kor tat-tfal tal-parroċċa tal-Madonna tal-Karmnu tal-Gżira. 

Il-Ħadd 10 t’ Ottubru:  Tifkira ta’ l-Aħħar Dehra tal-Madonna ġewwa Fatima.

Fl-4:30pm Rużarju Meditat animat mill-Moviment Madonna ta’ Fatima.

Fil-5:00pm Pellegrinaġġ bl-istatwa titulari tal-Madonna tal-Karmnu li jgħaddi mit-toroq Hompesch, San Tumas, Merħba, Velleran, Kuluvert, San Xmun, 14 ta’ Diċembru, Karmnu, Hompesch għall-knisja parrokkjali.

Fis-6:30pm Quddiesa solenni ċċelebrata mill-W.R.P. Manuel Schembri OCD Vigarju Provinċjali flimkien mar-reliġjużi tal-Provinċja tal-Karmelitani Skalzi u mal-Komunità Karmelitana bis-sehem ta’ l-għaqdiet kollha tal-parroċċa.

Novembru 2010
L-ARTI SAGRA FIL-KRISTJANEŻMU

Matul ix-xahar ta’ Novembru se jsiru konferenzi dwar l-arti sagra f’pajjiżna minn kelliema esperti u artisti Maltin. Dawn il-laqgħat se jsiru fis-Sala San Ġorġ Preca fis-7:00pm kull nhar ta’ Ġimgħa.

  • Il-Ġimgħa 29 t’ Ottubru:  L-istorja ta’ l-Arti Sagra minn San Girgor il-Kbir (I).
  • Il-Ġimgħa 5 ta’ Novembru:  L-istorja ta’ l-Arti Sagra minn San Girgor il-Kbir (II).
  • Il-Ġimgħa 12 ta’ Novembru:  Il-Messaġġi Reliġjużi fl-Arti.
  • Il-Ġimgħa 19 ta’ Novembru:  Il-Madonna fl-Arti Rinaxximentali u l-barokk.
  • Il-Ġimgħa 26 ta’ Novembru:  Is-simboliżmu fl-ikoni Marjani.

 

Diċembru 2010

ĠUBLEW TAD-DEHEB TAS-SUR NAZZARENU FARRUGIA
BĦALA SOĊJU TAL-MUSEUM

Il-Ħadd 5 ta’ Diċembru:  Fis-6:30pm Quddiesa ta’ Radd il-ħajr f’għeluq il-50 Sena tas-Sur Nazzarenu Farrugia bħala soċju tal-Museum.  Jiċċelebra r-Rev. P. Renald J.M. Lofreda O.Carm. S.T.L Kappillan flimkien mal-Komunità Karmelitana.

FESTIVAL TAL-KORIJIET

Il-Ġimgħa 10 ta’ Diċembru:  Fis-7:15pm Festival tal-Korijiet organizzat mill-Parroċċa flimkien mal-Kummissjoni Festa Esterna 16 ta’ Lulju fil-Knisja Parrokkjali taħt il-patroċinju ta’ l-E.T. Mons. Annetto Depasquale Isqof Awżiljarju u Vigarju Ġenerali.

            CELEBRAZZJONI TAL- 25 SENA MIT-TWAQQIF TA’ L-GĦAQDA SOĊJALI U MUŻIKALI MADONNA TAL-KARMNU

Il-Ħadd 12 ta’ Diċembru:  Fis-6:30pm Quddiesa ta’ radd il-ħajr f’għeluq il-25 sena mit-twaqqif ta’ l-Għaqda Soċjali u Mużikali Madonna tal-Karmnu mmexxija mill-E.T. Mons. Ġużeppi Mercieca Arċisqof Emeritus ta’ Malta.

IL-25 VESTIZZJONI TA’ L-ABBATINI U GĦELUQ TAL-ĠUBLEW PARROKKJALI

It-Tlieta 14 ta’ Diċembru:  ANNIVERSARJU TAL-MIĠJA TAL-KARMELITANI FIL-FGURA U L-25 VESTIZZJONI SOLENNI TA’ L-ABBATINI.

Fis-6:20pm Nilqgħu fostna lill-E.T. Mons. Pawl Cremona Arċisqof ta’ Malta.

Fis-6:30pm Quddiesa Pontifikali mmexxija mill-E.T. Mons. Pawl Cremona Arċisqof ta’ Malta flimkien mal-Komunità Karmelitana u l-Provinċja Karmelitana Maltija li fiha ssir il-25 vestizzjoni solenni ta’ l-abbatini.  Fl-aħħar tal-quddiesa jitkanta t-Te Deum u jitkantaw l-antifona Flos Carmeli u l-Innu tal-Parroċċa.  Wara kulħadd mistieden għal riċeviment fis-Sala San Ġorġ Preca.

Agħfas hawn biex terġa titla' fuq

 

 

INNU

Bil-ferħ il-Kummissjoni Ġublew Parrokkjali 2010 flimkien mal-Komunità Karmelitana u l-Għaqda Mużikali u Soċjali Madonna tal-Karmnu, tippreżenta lill-parroċċa dan l-innu lill-Madonna tal-Karmnu fl-okkażjoni tal-50 sena mill-miġja tal-vara titulari tal-Madonna tal-Karmnu.

L-GĦANJA TAL-FGURA LILL-MADONNA TAL-KARMNU
Fl-okkażjoni tal-50 sena mill-miġja tal-vara titulari

I

Madonna tal-Karmnu,
figura li ssaħħar,
il-Fgura titolbok
li tkompli tħarisha
u twiegħedek li tibqa’
marbuta ma’ qalbek
u żżommok għal dejjem
bħal Omm u Patruna.

Rit:  Madonna għażiża
Il-Fgura ssellimlek.
Figura ta’ tjieba!
Figura ta’ ġmiel!

II

Madonna tal-Karmnu,
żmien ilu għażiltna
U qegħ’dt it-tron tiegħek
ġo nofs id-djar tagħna;
Tajt ismek lir-raħal
Li kiber madwarek
U frixt il-mant tiegħek
ta’ omm kollha ħrara.

Rit:  Madonna għażiża
Il-Fgura ssellimlek.
Figura ta’ tjieba!
Figura ta’ ġmiel!

II

Madonna tal-Karmnu,
orbotna ma’ qalbek
u ħares għal dejjem
il-patt tiegħek magħna:
tellgħana fuq l-għolja,
għaqqadna ma’ Alla,
libbisna lil Ibnek
u ibqa’ għix magħna.

Rit:  Madonna għażiża
Il-Fgura ssellimlek.
Figura ta’ tjieba!
Figura ta’ ġmiel!

 

Stella Maris                                                                       P. Alexander Vella O.Carm.
L-Għolja tal-Karmelu
25 ta’ Lulju 2009

Il-mużika għal dan l-innu ġiet miktuba minn Mro. Chev. Vincent Bonnici K.T.L, Surmast Direttur ta’ l-Għaqda Mużikali u Soċjali Madonna tal-Karmnu, Fgura.

 

Agħfas hawn biex terġa titla' fuq