AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

Ġimgħa li tibda il-Ħadd 25 ta' Lulju 2010

 

Matul din il-ġimgħa se nkomplu iċ-ċelebrazzjonijiet tal-festa:
Illum il-Ħadd fil-11:00am ikollna l-quddiesa animata miz-zgħazagh bis-sehem tal-band, il-KPAZ u l-Kummissjoni Festa Esterna.  Iqaddes il-kappillan il-ġdid tal-parroċċa ta’ Santu Wistin P. Raymond Francalanza OSA.
Fis-6:00pm jkollna t-talba ta’ fil-għaxija u fis-6:30pm il-quddiesa tan-novena mmexxija mill-patrijiet Karmelitani ta’ l-Imdina.  Jieħdu sehem il-banda tal-parroċċa flimkien mal-Kummissjoni Zgħazagħ.

It-Tnejn ic-celebrazzjoni tan-novena se ssir kollha fuq iz-zuntier fil-prezenza ta’ l-istatwa titulari tal-Madonna tal-Karmnu.
Talba ta’ fil-għaxija fis-6:30pm u fis-7:00pm l-quddiesa tan-novena mmexxija mill-patrijiet Karmelitani tal-Belt Valletta.  Wara l-quddiesa jkollna Velja Marjana b’talb u kant lill-Madonna. 

It-Tlieta huwa Jum il-Familja.
Talba ta’ fil-għaxija fis-6:30pm u fis-7:00pm l-quddiesa tan-novena mmexxija mill-patrijiet Karmelitani tal-Balluta.  Tanima l-Kummissjoni Familja.  Mistiedna specjali dawk li kellhom tarbija mill-ahhar festa l’hawn.  Fl-aħħar issir il-prezentazzjoni tat-trabi lill-Madonna u l-kitba fil-labtu.

L-Erbgħa huwa Jum it-Terz’ Ordni Karmelitan.
Talba ta’ fil-għaxija fis-6:30pm u fis-7:00pm l-quddiesa tan-novena mmexxija mill-E.T. Mons. Adedodato Micallef OCD Isqof Emeritus tal-Kuwait flimkien mal-KomunitaÏ Karmelitana. 

Il-Ħamis huwa Jum il-Morda u l-Anzjani.
Fid-9:30am quddiesa li fiha jiġi amministrat is-sagrament tal-Grizma tal-Morda.  Iqaddes Mons. Victor Grech.
Talba ta’ fil-għaxija fis-6:30pm u fis-7:00pm l-quddiesa tan-novena mmexxija mill-patrijiet Karmelitani ta’ Santa Venera.

Il-Ġimgħa huwa l-Aħħar Jum tan-Novena.
Fis-6:30pm ikollna t-talba ta’ fil-għaxija u fis-7:00pm tibda l-quddiesa ta’ l-Aħħar tan-Novena mmexxija mill-E.T. Mons. Mario Grech Isqof ta’ Għawdex flimkien mal-Komunitaċ Karmelitana. 

Fil-jiem tan-novena fl-aħħar tal-quddiesa ssir il-funzjoni tas-Salve u tingħata l-barka sagramentali.

 

 

Is-Sibt, Lejliet il-festa.
Il-quddiesa tat-8:30am se tkun b’suffraġġju għal dawk kollha li ħallewna mill-aħħar festa l’ hawn.  Nistiednu b’mod specjali lill-familjari ta’ dawn ħutna sabiex jieħdu sehem.  Fl-aħħar tal-quddiesa jitkanta t-Te Deum.

Fis-6:30pm tibda t-translazzjoni tar-relikwa mmexxija mill-Provinċjal mit-toroq Hompesch, Karmelitani (fejn mill-Museum tinġieb ir-relikwa), Kampanella, Sur, Blondell, Cospicua, Hompesch għall-knisja fejn issir ic-celebrazzjoni ta’ l-Ewwel Għasar, funzjoni tas-salve u barka sagramentali.  Jiehdu sehem l-Iscouts u l-Girl Guides flimkien mal-kor tat-tfal, il-fratellanza tal-Karmnu taz-Zurrieq u l-Bazilika tal-Karmnu tal-Belt Valletta.

Fit-8:00pm tibda l-quddiesa li tkun animata mill-Kor Voices in Harmony tal-Gzira.

Il-Ħadd, Jum il-Festa
Il-quddies ikun fil-ħinijiet tas-soltu.
Fid-9:00am Quddiesa principali tal-festa bis-sehem ta’ l-għaqdiet kollha tal-parroċċa u l-Kunsill Lokali.  Il-paniġierku se jsir minn Mons. Karm Refalo Arċipriet tax-Xagħra.  Fl-aħħar tal-quddiesa jingħata Ġieh il-Parroċċa. 
Fis-6:00pm Celebrazzjoni tat-Tieni Għasar Solenni.
Fis-6:30pm Quddiesa ċċelebrata minn P.Martin D.Schembri O.Carm. Pirjol tas-Santwarju Bazilika tal-Karmnu tal-Belt Valletta.
Fis-7:15pm Purcissjoni bl-istatwa titulari tal-Madonna tal-Karmnu mit-toroq Hompesch, Zabbar, San Pietru, Mater Boni Consigli, Kitba, Karmnu, Skola, S. Antnin, Hompesch għall-Knisja Parrokkjali.  Il-pulizija javżaw li m’għandhomx jitħallew karozzi pparkjati fit-triq tal-purċissjoni.  Dawk li ma jitneħħewx jiġu ttowjati. 

Fl-10:30pm Dħul tal-vara, kant ta’ l-antifona u barka Sagramentali.

L-għada tal-festa l-uffiċċju parrokkjali jkun magħluq il-ġurnata kollha.